Aktar kmieni illum Sandra Gauci, Carmel Cacopardo u Ralph Cassar kemm f’isem il-partit kif ukoll f’isimhom ippreżentaw rikors ta’ appell quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.
L-appellanti talbu lill-qorti tiddikjara li r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, hu prinċipju fundamentali fil-Kostituzzjoni u dak kollu li ma jirrispettahx, anke fil-provedimenti dwar l-elezzjonijiet, mhux validu u għandu jitħassar.
Ir-rikors sħiħ anness.
Min jixtieq jagħti l-għajnuna tiegħu jew tagħha f’din il-ġlieda kostituzzjonali, biex kull vot jgħodd, jista’ jagħmel dan billi jagħti donazzjoni b’mod elettroniku hawn.