Żvilupp massiċċ mhux meħtieġ. F’Malta magna tal-permessi għandna minflok ippjanar serju.

Fi stqarrija dwar il-każ ta’ ċediment ta’ pedamenti ta’ bini massiċċ fin-Naxxar, id-Deputat Chairperson ta’ ADPD-The Green Party il-Perit Carmel Cacopardo qal: “Qed insegwi l-iżviluppi fin-Naxxar fejn l-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni ordnat l-evakwazzjoni, bħala prekawzjoni, ta’ għaxar familji residenti qrib sit ta’ kostruzzjoni li żviluppa problemi fil-pedamenti ta’ żvilupp massiċċ.”

Żied jgħid li filwaqt li l-problema partikolari li qed tiżviluppa hi relatata esklussivament mas-sit partikolari, tenna li ADPD jissottolineja mill-ġdid li dan it-tip ta’ żvilupp massiċċ mhux meħtieġ fil-pajjiż. 

“Dan it-tip ta’ żvilupp m’għandhiex bżonnu. Il-poliċies tal-ippjanar li jippermettuh qatt ma kienu analizzati a bażi tal-impatti kumulattivi li jirriżultaw. Din mhux serjetà, u mhux ippjanar kif għandu jsir. Ippjanar mhux sempliċiment għoti tal-permessi bħala rigali.”

Carmel Cacopardo dwar proposti ta’ ADPD fuq Instagram

FacebookEmail