ADPD-The Green Party jinsisti li l-proposti bil-biċċiet dwar it-taxxa li qed jitressqu separatament kemm mill-Partit Laburista kif ukoll mill-Partit Nazzjonalista jonqsu milli jindirizzaw il-temi usa’ li Malta għandha tiffaċċja b’urġenza dwar l-iskop u d-direzzjoni tal-mudell ekonomiku tagħha.
Il-PRO ta’ ADPD-The Green Party u kandidat fuq it-3 u r-4 distrett Brian Decelis qal: “M’għandna l-ebda problema li tiġi diskussa t-taxxa, iżda dan għandu jsir b’mod ħolistiku u fl-isfond ta’ prinċipji soċjali u ekoloġiċi ċari. Il-proposti elettorali iżolati u bil-biċċiet, mingġajr l-ebda bażi ta’ prinċipji, huma ntiżi biss għall-gwadann politiku ta’ malajr. Il-politika ta’ ejja ħa mmorru. It-taxxa qed tiġi mpinġija bħala xi kelma ħażina kemm mil-Labour, kif ukoll mill-PN. Iżda hija sistema ta’ tassazzjoni ġusta, jekk mibnija fuq prinċipji progressivi, tassigura li dawk li għandhom l-aktar mezzi jikkontribwixxu b’mod ġust, filwaqt li tiggarantixxi li s-servizzi pubbliċi jkunu ffinanzjati b’mod tajjeb.”
ADPD jwissi kontra li d-dibattiti dwar it-taxxa jispiċċaw kliem fil-vojt u propaganda rħisa dwar tnaqqis selettiv tat-taxxi biex il-partiti l-oħra jingħoġbu ma’ kulħadd. Dan id-diskors huwa riskjuż u diżonest għax ma jitqiesx l-impatt usa’ tal-wegħdi dwar it-tassazzjoni fuq il-ġustizzja soċjali, is-sostenibbiltà ambjentali u l-kapaċità tal-istat li jipprovdi kura tas-saħħa ta’ kwalità, edukazzjoni, protezzjoni soċjali u infrastruttura moderna.
Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party u kandidata fuq distretti 6 u 12 Sandra Gauci żiedet tgħid: “Irridu diskussjoni nazzjonali serja dwar x’tip ta’ attività ekonomika għandha titħeġġeġ, skoraġġita jew tonqos gradwalment. Hemm diversi kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati. Pereżempju, għaliex id-dħul mix-xogħol għandu jiġi ntaxxat aktar mill-ġid akkumulat, mill-attività finanzjarja spekulattiva, l-ispekulazzjoni fuq l-art u assi inattivi?”
“L-għażla vera hija bejn ekonomija li taqdi lil kulħadd, li hija soċjalment ġusta, ekoloġikament sostenibbli u tirrispetta lin-nies u r-riżorsi, u ekonomija mibnija fuq l-isfruttament u l-ispekulazzjoni fuq żmien qasir li tibbenefika lil ftit għad-detriment tal-ħafna. Għal diskussjoni nazzjonali serja u fil-fond, il-PL u l-PN għandhom jevitaw illi jipproponu miżuri frammentati dwar it-taxxa mingħajr ma jippreżentaw viżjoni koerenti għall-futur soċjali, ekonomiku u ambjentali ta’ Malta. Irridu l-politika tal-’ilkoll’ fuq l-individwaliżmu u l-egoiżmu.”
***
Fragmented Father Christmas proposals the order of the day
ADPD-The Green Party insists that the piecemeal taxation proposals being floated separately by both the Labour Party and the Nationalist Party fail to address the wider questions that Malta urgently needs to confront about the purpose and direction of its economic model.
ADPD-The Green Party PRO and candidate on districts 3 and 4 Brian Decelis said:”Taxation should indeed be discussed, but it must be approached holistically and guided by clear social and ecological principles, not through isolated electoral measures designed for short-term political gain. Taxation is portrayed as some dirty word by Labour and PN, however it is a system, if rooted in progressive principles, that ensures that those with greater means contribute fairly while guaranteeing that public services are adequately financed.”
ADPD warns against reducing taxation debates to narrow discussions on selective tax cuts without considering the broader impact on social justice, environmental sustainability and the state’s capacity to provide quality healthcare, education, social protection and infrastructure.
ADPD-The Green Party Chairperson and candidate on districts 6 and 12 Sandra Gauci added:”We must engage in a serious national discussion on what kinds of economic activity should be encouraged, discouraged or phased out altogether. There are various issues to tackle. For example, why should income from labour continue carrying a disproportionate burden while wealth, speculative financial activity, land speculation and dormant assets remain comparatively undertaxed?”
“The real choice is between an economy that serves everyone, is socially just, ecologically sustainable and respects people and resources, and an economy based on exploitation and short-term speculation that benefits a few at the expense of the many. For a serious, in depth national discussion PL and PN should refrain from proposing fragmented tax measures without presenting a coherent vision for Malta’s social, economic and environmental future. We want a politics of ‘together’, not rampant individualism which really only favours the few.”

