Will Busuttil rescind the PN's agreement with Armier squatters?

Carmel Cacopardo f'isem AD waqt id-diskussjoni tal-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja
Carmel Cacopardo f’isem AD waqt id-diskussjoni tal-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja

“Alternattiva Demokratika – The Green Party is delighted that after years of campaigning against the illegal development of boathouses at l-Ahrax tal-Mellieha (Armier, Little Armier and the White Tower Area) even the Nationalist Party is now convinced that it cannot support these illegalities anymore.”

This was stated by Carmel Cacopardo Deputy Chairperson of Alternattiva Demokratika – The Green Party when commenting on the declaration made by Simon Busuttil, Leader of the Opposition, on Friday 4 December 2015 during a discussion organised by the Church’s Environment Commission.

“It would be much better”, added Cacopardo,”if Busuttil were to disassociate himself from the agreement signed by the Nationalist Party prior to the 2003 general elections, with the squatters who are occupying the boathouses. We must remember that it was this agreement which had  led to the arrangements to hand over 26 hectares of public land at l-Ahrax tal-Mellieha to the company Armier Developments Limited for a period of 65 years (against an annual payment of €366,000) in order that new boathouses are developed.”

“It is indeed a pity”, concluded Cacopardo, “that it took the Nationalist Party 25 years to convince itself.”

***

PR06/12/2015  Il-PN se jħassar il-ftehim ma’ tal-Armier?

“Huwa ta’ sodisfazzjoni għal Alternattiva Demokratika li wara li ilha snin tikkampanja kontra l-bini illegali ta’ boathouses fl-Aħrax tal-Mellieħa (l-Armier, Little Armier u t-Torri l-Abjad) li issa anke l-Partit Nazzjonalista ikkonvinċa ruħu li ma jistax u m’ghandux jibqa’ jappoġġa dawn il-ħniżrijiet.”

Dan qalu Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika huwa u jikkummenta dwar id-dikjarazzjoni li għamel Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni, nhar il-Gimgħa 4 ta’ Diċembru waqt l-attivita’ ta’ diskussjoni organizzata mill-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja.

“Ikun wisq aħjar u tajjeb”, żied Cacopardo,”kieku Busuttil jiddisassoċja ruħu mill-ftehim li kien għamel il-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2003 ma dawk li qed jokkupaw il-boathouses. Dak il-ftehim, tajjeb li niftakru kien wassal għal preparamenti biex 26 ettaru ta’ art tal-Gvern fl-Aħrax tal-Mellieħa jgħaddu għand il-kumpanija Armier Developments Limited għal 65 sena (bi ħlas ta’ €366,000 fis-sena) biex ikunu żviluppati boathouses ġodda.”

“Hi ħasra li l-Partit Nazzjonalista dam 25 sena biex jara d-dawl”, temm jgħid Cacopardo.

 

Aqra aktar:

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2014/10/28/garanzija-biex-min-seraq-igawdi-dak-li-seraq/

 

FacebookEmail