Alternattiva Demokratika tagħmel referenza għal video b’kummenti fuq Facebook rilaxxjat mill-kandidata tagħha għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Mina Tolu.
Kuntrarjament għal dak li kien qed jingħad minn xi whud, f’kummenti online, l-AD tixtieq tagħmilha ċara li l-pożizzjoni tagħha fuq l-abort baqgħet dik li dejjem kienet, jiġifieri kontra.
Fl-istess waqt temmen fil-bżonn ta’ dibattitu rispettuż li jixraq f’soċjetà demokratika bħal ma tenniet Mina Tolu fil-kummenti tagħha.
Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali