Peress li Arnold Cassola iddeċieda li jippubblika email li bagħat lis-Segretarju Ġenerali u lill-Eżekuttiv ta’ Alternattiva Demokratika, qed nippubblika email li nbgħatet illum miċ-Chairperson ta’ AD Carmel Cacopardo lil Arnold Cassola b’risposta għal l-email imsemmija.
Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali
Email ta’ Carmel Cacopardo:
Nirreferi għall-email tieħek ta’ hawn taħt, datata 15 ta’ Frar 2019 u indirizzata lil Ralph Cassar Segretarju Ġenerali tal-partit.
Napprezza bħal dejjem il-veduti tieghek u naħseb li kien ikun ħafna aħjar kieku flok ma ippubblikajt din l-email kellek il-paċenzja li tal-inqas tkun diskussa internament fil-partit.
Pero osservajt li inti fl-email tiegħek tagħmel kumment, effettivament proposta, dwar iċ-ċirkustanzi li fihom għalik l-abort hu aċċettabbli. Fl-email tiegħek inti tgħid hekk: “jien totalment kontra l-abort minbarra fil-każ li l-saħħa u l-ħajja tal-omm ikunu f’periklu.”
Kif taf, din hi pożizzjoni li l-partit tagħna qatt ma ħa u napprezza għaldaqstant il-kontribut tiegħek għal din id-diskussjoni.
Ninfurmak li l-kontenut tal-email tiegħek ser tkun diskussa fil-laqgħa li jmiss tal-Eżekuttiv tal-partit.
Carmel