Israeli pink washing has no place at EuroPride

Reacting to the announcement by EuroPride 2023 of the presence of Israeli Eurovision winner Netta at EuroPride in Malta, ADPD calls for withdrawing this invitation.

ADPD – The Green Party Deputy Chair and ADPD EP Candidate Mina Jack Tolu comments: “EuroPride in Malta should not be a space for Israeli pink washing. Malta’s pro-Palestine foreign policy should extend to Pride. Netta’s invitation should be immediately revoked and Palestinian Human Rights defenders should be supported to attend the EuroPride Human Rights Conference and the EuroPride March instead.”

ADPD reiterates our support to Palestine, Palestinians and their struggle against the violent and illegal occupation in the Occupied Territories.

***

L-Iżrael m’għandux jitħalla juża EuroPride biex jipprova jbiddel l-immaġini

L-istedina lir-rebbieħa Iżraeljana tal-Eurovision, Netta minn EuroPride 2023 biex tieħu sehem fil-EuroPride f’Malta għandha tiġi rtirata minnufih.

Id-Deputat Chairperson ta’ ADPD – The Green Party u kandidat għal Parlament Ewropew tal-ADPD Mina Jack Tolu saħaq: “EuroPride f’Malta m’għandux jinkludi spazju għal propaganda Iżraeljana, hekk imsejjaħ ‘pink washing’. Il-politika barranija pro-Palestinjana ta’ Malta għandha testendi wkoll għall-Pride.

L-istedina lil Netta għandha tiġi rtirata minnufih u minflok attivisti Palestinjani li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu mistiedna u appoġġjati biex jattendu l-Konferenza EuroPride dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u anke biex jattendu d-dimostrazzjoni ta’ EuroPride.”

ADPD jafferma l-appoġġ lill-Palestina u lill-Palestinjani fit-taqbida tagħhom, xi kultant minsija, kontra l-vjolenza u l-okkupazzjoni illegali Iżraeljana tat-Territorji Okkupati.

FacebookEmail