ADPD – The Green Party notes that government has committed, or has been forced to commit more EU recovery and resilience funds to necessary renewable energy projects.
ADPD Secretary General and ADPD EP Candidate Ralph Cassar said: “We had called for the lion’s share of recovery and resilience funds to go towards investment in renewable energy systems when the EU funding scheme was launched in 2020. The investment in a 60 MWh battery storage system for renewable energy is a very welcome development. Now, government needs to move fast to increase the share of renewable energy in our energy mix. This should include an emphasis on energy efficiency, the encouragement of community energy cooperatives, and the strengthening of the grid. Battery storage is a step in the right direction. We propose that government should aim for 50% renewable energy by 2030. It is shameful that Malta’s renewable energy share is at a measly 12.2% by end 2021 according to official January 2023 Eurostat data. Malta should stop giving out licences for oil exploration and focus on increasing the country’s technical skills and capacity for locally generated renewables instead.”
ADPD Chairperson and EP Candidate Sandra Gauci referred to the signing of a memorandum of understanding for an electricity interconnector with Libya, for renewable energy generated in Libya. “We ask for more information on this project. While on paper the interconnector may seem like a good idea, the situation in Libya means that government has to be very cautious with the proposed project. Again, we reiterate that the hundreds of millions spent on interconnectors should instead be invested in locally generated renewable energy, creating good technical jobs in Malta.”
***
ADPD jappella għal aktar investiment fl-enerġija rinovabbli
ADPD – The Green Party jinnota li l-gvern fl-aħħar alloka, jew ġie mġiegħel li jalloka aktar mill-fondi ta’ rkupru u reżiljenza tal-UE għal proġetti ta’ enerġija rinovabbli meħtieġa.
Is-Segretarju Ġenerali ta’ ADPD u kandidat għall-Parlament Ewropew Ralph Cassar qal: “ADPD ilu isejjaħ sa minn meta tnediet l-iskema ta’ finanzjament tal-UE fl-2020 biex l-akbar sehem tal-fondi ta’ rkupru u reżiljenza jmorru lejn investiment f’sistemi tal-enerġija rinovabbli. L-investiment f’ħażna ta’ batteriji ta’ 60 MWh għall-enerġija rinovabbli huwa żvilupp pożittiv ħafna. Issa, il-gvern jeħtieġ li jieħu azzjoni immedjata biex iżid is-sehem tal-enerġija rinovabbli fit-taħlita tal-enerġija tagħna. Dan għandu jinkludi enfasi fuq l-effiċjenza, l-inkoraġġiment tal-kooperattivi tal-enerġija fil-komunità, u t-tisħiħ tal-grid. Il-ħażna tal-enerġija rinovabbli permezz tal-batteriji hija pass fid-direzzjoni t-tajba.
ADPD jipproponi li l-gvern għandu jimmira għal 50% enerġija rinovabbli sal-2030. Huwa tal-mistħija li s-sehem tal-enerġija rinovabbli ta’ Malta sal-2021 huwa dak miżeru ta’ 12.2%, dan skont l-aħħar istatistika uffiċċjali ta’ Jannar 2023. Malta għandha wkoll tieqaf toħroġ liċenzji għall-esplorazzjoni taż-żejt u minflok tiffoka fuq iż-żieda tal-ħiliet tekniċi u l-kapaċità għal enerġiji rinovabbli ġenerati fil-pajjiż stess.”
Iċ-Chairperson tal-ADPD u kandidata għall-Parlament Ewropew Sandra Gauci rreferiet għall-iffirmar ta’ memorandum of understanding għal interconnector tal-elettriku bejn Malta u l-Libja, għall-enerġija rinovabbli ġġenerata fil-Libja. “ADPD jitlob għal aktar informazzjoni dwar dan il-proġett. Filwaqt li fuq il-karta l-interconnector jista’ jidher bħala idea tajba, is-sitwazzjoni fil-Libja tfisser li l-gvern irid ikun kawt ħafna. Għal darb’oħra, intennu li l-mijiet ta’ miljuni li jintefqu fuq interconnectors għandhom minflok jiġu investiti f’enerġija rinovabbli ġenerata f’pajjiżna, li twassal għall-ħolqien ta’ impjiegi tekniċi tajbin f’pajjiżna stess.”