Il-każ dwar l-istupru li seħħ f’Ghawdex fl-2008 u li dwaru dawk akkużati ġew liberati f’dawn il-ġranet hu ta’ tħassib kbir minħabba l-maniġġi assoċjati miegħu.
Mhux biss għax ġew protetti aktar l-istupraturi milli l-vittma iżda wkoll ghax qassis qarib tal-akkuzati involva ruħu f’maniġġi biex dak li sar jinħeba bit-tama li jintesa. Apparti l-kunflitt ta’ interess ta’ dan il-qassis hemm il-fatt li f’każ ta’ din il-gravità sar attentat biex jinxtara s-skiet b’ 7000 euro. Għandna rgiel li bejniethom kissru persuna u ippruvaw jagħtu prezz għal weġgħa ta’ din il-persuna. Diġà hawn Malta għandna track record ta’ sentenzi medjokri li mhux dejjem jagħtu piż adegwat lill-gravità ta’ każi stupri.
Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci qalet: “Huwa ta’ tħassib li hu biss issa li l-Knisja f’Għawdex stenbħet u qed tikkunsidra jekk hemmx lok għal passi da parti tagħha. Hu ovvju li qed tiċċaqlaq issa, wara kwazi 20 sena, minħabba l-għagħa li qam minhabba l-fatt li l-qassis involut mhux biss sa issa ma ġiex iddixxiplinat, imma saħansitra nħatar Kappillan u assistent kap ta’ skola tal-knisja. Dan kollu jfisser nuqqas ta’ sensittività għat-tbatija li għaddiet minnha l-vittma u l-familja tagħha.”
“Jidher li ghadna lura biex il-Knisja f’Ghawdex tqieghed fil-prattika dak li tipprietka. Minn hawn nixtieq noffri solidarjetà mal-vittma.”

