Kelliema tal-ADPD-The Green Party sejħu għal dibattitu serju fuq is-sigurtà u d-difiża ta’ pajjiżna meta indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet ħdejn il-Monument ta’ Tmiem il-Gwerra Bierda f’Birżebbuġa fil-kuntest tat-tfakkira ta’ Jum il-Ħelsien u il-konflitti li huma għaddejjin bħalissa.
Id-Deputat Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Carmel Cacopardo qal li t-Tlieta li ġej Malta tfakkar Jum il-Ħelsien. Dan hu avveniment storiku li jfakkar meta ingħalqet il-bażi militari Ingliża. Dan hu avveniment li suppost jgħaqqad il-pajjiż għax hu Jum Nazzjonali. Sfortunatament, imma, għad għandu bixra partiġġjana, l-istess bħal Jum l-Indipendenza: igglorifikat minn uħud u ddisprezzat minn oħrajn. Din hi ħasra.
Kull kisba tal-pajjiż għandha tagħmilna kburin. L-għeluq tal-bażi militari Ingliża hija fost dawn il-kisbiet. Ir-rilevanza tagħha hija illum riflessa fl-Artiklu 1 tal-Kostituzzjoni fejn in-newtralità hi marbuta maċ-ċaħda ta’ bażi militari fil-pajjiż.
L-għeluq tal-bażi militari tmur id f’id man-newtralità ta’ Malta. Hi att politiku li jiċċelebra d-dinjità ta’ pajjiż indipendenti. Dan hu ta’ importanza mhux zgħira meta tikkunsidra s-sitwazzjoni ġeopolitikata ta’ bħalissa.
Il-kommemorazzjoni ta’ Jum il-Ħelsien, għandu jitfa dawl fuq dak li jiddeċiedi l-pajjiż dwar dak li għandu x’ jaqsam mas-sigurtà nazzjonali u l-politika barranija.
Eżempju ta’ dan hu l-fatt li Malta tipparteċipa bħala membru Assoċjat tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO. Jagħmel sens dan? Din hi deċiżjoni li l-Parlament Malti ħa wara “dibattitu” fil-Parlament li dam biss 69 sekonda, madwar 30 xahar ilu. Deciżjoni li fil-fehma tagħna tmur kontra l-artiklu 1 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u li dwarha aħna biss tkellimna, għax, kemm il-PL kif ukoll il-PN ippruvaw jaħbuha. Deċiżjoni importanti bħal din kien jistħoqqilha ħafna aktar minn 69 sekonda biex tkun ikkunsidrata bis-serjetà.
Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci qalet li l-UE bdiet bħala proġett ta’ paċi. Iżda sfortunatament inbidel ftit ftit tul is-snin.
L-emfasi fuq l-infiq għad-difiża sfortunatament żdied b’mod sostanzjali. Dan hu influwenzat mill-fatt li mis-27 stati membri tal-Unjoni Ewropeja, erbgħa biss mhumiex membri tan-NATO: Malta, l-Awstrija, l-Irlanda u Ċipru.
Waqt il-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew sentejn ilu sar ħafna emfasi fuq il-politika dwar id-difiża tal-Unjoni Ewropeja. Dan, wara l-elezzjoni ssarraf fil-ħatra ta’ Kummissarju tal-UE bl-inkarigu tad-difiża.
Illum, f’Jum il-Ħelsien hu opportun li nirriflettu dwar dan kollu xi jfisser għalina, bħala pajjiż newtrali. Xi drabi meta wieħed janalizza l-lingwaġġ użat jirrealizza illi mhux dejjem hu faċli li tagħraf l-Unjoni Ewropeja min-NATO. Dan hu in parti l-impatt dirett tal-invazjoni tal-Ukrajina mir-Russja li bla ebda dubbju ħalla impatt mhux żgħir fuq l-Ewropa tal-Lvant li qed terfa’ piżijiet sostanzjali.
Fid-dawl ta’ dan kollu huwa iktar importanti li f’pajjiżna noħolqu diskusjsoni serja dwar id-difiża u s-sigurtà nazzjonali. S’issa din hi ineżistenti u kienet riflessa fil-Parlament meta dan approva s-sħubija ta’ Malta bħala membru assoċjat tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO bla ebda diskussjoni.
Din is-sħubija fl-assemblea Parlamentari tan-NATO twassal messaġġ żbaljat li jmur kemm kontra l-kelma kif ukoll kontra l-ispirtu ta’ dak li tfisser in-newtralità kif imnaqqxa fil-kostituzzjoni, temmet tgħid Gauci.
***
ADPD-The Green Party calls for serious debate on our country’s security and defence
Speakers for ADPD-The Green Party called for a serious debate on our country’s security and defence whilst addressing a press conference near the End of Cold War Memorial in Birżebbuġa, in remembrance of Freedom Day and the conflicts that we are currently witnessing.
ADPD-The Green Party Deputy Chairperson Carmel Cacopardo said that next Tuesday Malta will commemorate Freedom Day. This is a historical event that saw the closure of the British military base. This event should unite us as a country because it is a national day. Unfortunately, this day has a partisan slant, just as Independence Day – glorified by some and despised by others.
Every achievement attained by our country should make us proud. The closure of the British military base is one of these achievements. Its relevance is reflected in Article 1 of the Constitution whereby neutrality is linked to the prohibition of hosting a military base in the country. The closure of the military base goes hand in hand with Malta’s neutrality. It is a political act through which an independent country celebrates its dignity. This is of significant importance when one considers the current geopolitical situation.
However, the commemoration of Freedom Day should shed light on what decisions our country makes in terms of national security and foreign policy. One example of this is the fact that Malta is an associate member of the NATO Parliamentary Assembly. Does this make sense at all? This is a decision that the Maltese Parliament made in 69 seconds of Parliamentary time around 30 months ago. It is a decision which in our opinion goes against Article 1 of the Maltese Constitution, and which we spoke about, although the Labour Party as well as the Nationalist Party tried to hide this decision. An important decision such as this demands more than 69 seconds of consideration if this is to be taken seriously.
ADPD-The Green Party Chairperson Sandra Gauci said that the European Union started as a peace project. Unfortunately, this has slowly changed over the years. The focus on defence spending has increased substantially. This is particularly relevant due to the fact that out of 27 member states, only four are not members of NATO: Malta, Austria, Ireland and Cyprus. During the campaign of the European Parliament two years ago, there was much emphasis on the defence of the European Union. In fact, after the election, this was translated into the appointment of a European Commissioner with a defence portfolio.
Today, on Freedom Day, it is opportune to reflect on what this means to us as a neutral country. Sometimes when one analyses the language used, one realises that it is not always easy to distinguish between the European Union and NATO. This is partly due to the fact that the Russian invasion of Ukraine is, without a doubt, leaving a strong impact on Eastern Europe, which is being burdened with considerable responsibilities as a result.
In light of all this, it is important to have a serious discussion on our national defence and national security. Up to now, this has been practically inexistant and this was reflected in the manner in which parliament approved Malta as an associate member in the NATO Parliamentary Association without any discussion.
This membership is sending the wrong message, which goes against both the spirit and the letter of what neutrality means in the Constitution, maintained Gauci.

