Hekk kif illum ħarġet is-sentenza mill-qorti dwar il-kunsillier tal-Partit Laburista Justin Haber dwar it-theddid lejn oħtu, nesiġu li dan jirriżenja mill-Kunsill Lokali tal-Floriana immedjatament.
Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci qalet:”Nippretendu li jiġri bħalma ġara fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, fejn kunsillier li kien għadu kif ġie elett b’elezzjoni każwali kellu jirriżenja meta ħarġet li kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erbgħa snin fuq molestja fuq tfajla taħt l-età u vjolenza domestika. Hemm bżonn li l-PL qabel ma jipponta subgħajh lejn ħaddiehor iħares ftit fil-mera u jagħti l-eżempju.”

