Ftehim kollettiv MCAST: Id-dewmien jixhed in-nuqqas ta’ rispett tal-gvern

Fi stqarrija illum ta’ ADPD-The Green Party intqal:

Filwaqt li nilqgħu l-iffirmar tal-ftehim kollettiv ġdid għall-akkademiċi tal-MCAST mal-MUT, ninnutaw li dan qed isir tliet snin tard.

Minkejja li l-gvern qed jipprova jieħu l-mertu għal dan il-ftehim fil-fatt id-dewmien esaġerat ġej min-nuqqas ta’ rieda tal-gvern u tas-servizz pubbliku stess li jiddjaloga bis-serjetà b’mod kontinwu mal-union. Ġej min-nuqqas ta’ rispett li l-gvern għandu kemm għall-ħaddiema fis-settur pubbliku, għall-unions u għall-istudenti.

FacebookEmail