Baġit nofsu nej

iStock_000015450469Medium

Alternattiva Demokratika thoss li filwaqt li l-bagit fih mizuri fid-direzzjoni t-tajba, dawn il-mizuri ma jmorrux lilhinn bizzejjed biex l-impatt taghhom ikun iktar deciziv u dejjiemi.  Ghalhekk hu nofsu nej.

Fuq livell socjali, jibqa’ l-fatt li l-gvern qed jibqa’ jhalli lil min ghadu fuq paga minima li jiddependi mill-generozita` ta’ bagit wara iehor biex jinqala’ mir-riskju tal-faqar.  Huwa ta’ ghajb li wara 40 sena ghadha qatt ma saret valutazzjoni tal-paga minima biex tigi aggornata ghaz-zminijiet tal-lum kif issuggeriet il-Caritas ftit tas-snin ilu meta pproponiet li il-paga minima kien jehigilha tizdied b’madwar 13% biex il-persuni vulnerabbli jkollhom lqugh xieraq. Inhossu wkoll li l-pass li ntaghzel mill-gvern fl-implimetazzjoni tar-rakkomandazzjoni biex il-pensjoni minima nazzjonali tkun 60%
tad-dhul medju nazzjonali, ser timxi bil-mod wisq.  Din il-mira ghandha bzonn tkun mghaggla iktar sabiex iktar pensjonanti jintrefghu mir-riskju ta’ faqar iktar malajr.

Fuq livell ambjentali, il-gvern qed jaghti messaggi konfliggenti. Filwaqt li jirrikonoxxi l-problema tat-traffiku, fl-istess hin titkellem fuq infieq infrastrutturali u iktar parkegg li jaghmilha iktar facli biex it-traffiku jizdied mhux jonqos.  Daqstant iehor ma nistghux naqblu bit-trahhis tal-fuel, u li ghaldaqstant jincentiva flok jidizincentiva l-uzu tal-karozzi.  AD ma tistax tifhem kif b’mizuri bhal dawn il-gvern qatt jista’ jnaqqas l-ammont ta’ 40
karozza gdida kuljum fit-toroq taghna.  AD thoss li il-gvern kellu jhalli l-prezz tal-fuel kif kien sabiex dak li jdahhal minn din il-mizura juzah ghal titjib bzonnjuz fis-servizz tat-trasport pubbliku u s-sostenn ta’ forom alternattivi ta’ trasport.

Mhux bizzejjed li jinghataw incentivi fiskali zghar ghar-roti u roti elettrici minghajr ma jsir investiment sostanzjali fuq infrastruttura serja.  Hija dahka fil-wicc li l-gvern jalloka 30,000 Ewro lill-kunsilli lokali ghal dan il-ghan li jammonta ghal mizerja ta’ 450 Ewro ghal kull wiehed mis-67 kunsill lokali.

Hemm bzonn li l-gvern jiftakar li filwaqt li huwa pozittiv li l-GDP ta’ pajjizna huwa progettat li jizdied bi 3.6%, is-sitwazzjoni drammatika tat-traffiku qed tispicca tiekol madwar tlieta fil-mija minnu.

Il-mizuri biex jigu rigenerati c-centri urbani permezz ta’ incentivi li jiffacilitaw id-dhul fis-suq ta’ proopjetajiet vakanti minhabba tilwim dwar eredita` huwa pozittiv.  Izda nhossu li seta’ sar iktar billi jigu ndirizzati kategoriji ohra bhal nghidu ahna propjetajiet li n-numru ta’ eredi taghhom huwa kbir u li jkun kwazi impossibbli li jkun hemm qbil bejniethom jekk ma jkunx hemm incentivi fiskali b’sahhithom.

L-introduzzjoni tat-taxxa fuq it-turizmu hija pozittiva.  Fl-istess waqt, m’ghandhomx ikunu l-MHRA biss li jikkomponu l-fondazzjoni li tamministra l-fondi.  Hemm bzonn li jkunu involuti principalment il-komunitajiet, permezz tal-kunsilli lokali.

Huwa skandaluz kif il-bagit ma jsemmi xejn fuq is-sostenibbilta` fl-uzu tal-ilma u s-serq tal-ilma tal-pjan permezz ta’ boreholes illegali.  Nuqqas ta’ politika cara u skjetta fuq l-ilma hija ta’ theddida ghall-futur sostenibbli ta’ pajjizna u ghandha effetti ekonomici kbar.

Fuq il-prekarjat, il-gvern m’ghamel xejn iktar hlief li ndirizza l-pjaga li inholqot mill-gvern stess permezz tas-sistema tat-tendering.  Iz-zero hour contract li wkoll huwa s-sors tal-prekarjat baqa’ ma giex indirizzat.

B’sodisfazzjon ninnutaw li l-qaghad naqas anke permezz ta’ programmi bhal Youth Guarantee. Filwaqt li huwa tajjeb li child care centres ser jizdiedu, nheggu l-gvern biex jinvesti ukoll fil-kwalita` tas-servizz mhux biss fil-kwantita`.

Kollox ma kollox, filwaqt li il-bagit fih mizuri pozittivi, jidher car li l-gvern mhux qed jisfrutta it-tkabbir ekonomiku li jiftahar bih biex jaghlef vizjoni iktar ambizzjuza.

FacebookEmail