Il-Partit Laburista fil-manifest elettorali tiegħu għalkemm isemmi l-benesseri jew wellbeing bħala prijorità ma jsemmix il-problemi li joħloq it-tniġġis ħlief darba biss dwar ix-shore-to-ship fil-Port il-Kbir.
Lanqas ma jsemmi t-tniġġis mill-ħsejjes żejda. Fost l-aktar problema li jsemmu ħafna r-residenti fil-lokalitajiet huwa l-istorbju minn sorsi bħal attività kummerċjali, minn siti ta’ kostruzzjoni u minn stabilimenti tad-divertiment.
S’issa m’hemmx liġi li tirregola l-livell tal-ħoss b’mod effettiv. Waslilna f’idejna abbozz ta’ liġi li dal-gvern qatt ma ħass il-bżonn la li joħorġu għal konsultazzjoni pubblika u lanqas li jressqu quddiem il-parlament. Għandna informazzjoni li l-abbozz li qed nirrilaxxaw ma’ din l-istqarrija ilu li thejja imma ġie mwarrab.
ADPD-The Green Party fil-parlament jimbotta ‘l quddiem liġi effettiva fuq it-tniġġis mill-ħsejjes.
Noise Bill draft

