Dalgħodu, id-deputat Chairperson ta’ ADPD – The Green Party, il-Perit Carmel Cacopardo issottometta risposta għar-rapport tal-Awtorità tal-Ippjanar li jirrakkomanda illi l-applikazzjoni ta’ żvilupp konnessa mal-barriera numru 48 fi Triq il-Belt Valletta, Sqaq nru 2 l-Imqabba tkun approvata.
It-tweġiba sottomessa hi hawn annessa.
Sandra Gauci, Chairperson ta’ ADPD – The Green Party qalet li din it-tweġiba ġiet sottomessa f’isem numru ta’ residenti tal-Imqabba, inkwetati imma siekta sforz il-biża’ li titnissel kull darba li fetħu ħalqhom b’mod pubbliku.
L-applikazzjoni, kif jgħidu b’mod ċar is-sottomissjonijiet hi ta’ theddida għas-saħħa pubblika kemm tar-residenti kif ukoll tat-tfal tal-iskola primarja tal-Imqabba li qegħda ftit metri ‘l-bogħod mill-barriera.



