The ball remains very much in the Prime Minister’s court

It is clear that Robert Abela is trying hard, through repeatedly calling press conferences, to take credit for the development in the Daphne Caruana Galizia case.

ADPD Chairperson Carmel Cacopardo said:”The Prime Minister has no right to take credit for the work of the Police Force in registering another development in the case of the assassination of Daphne Caruana Galizia. If the Prime Minister wants credit, then he should unwind the Electrogas deal, hold Vitals to account on the hospitals deal, and generally do a root an branch investigation of every single transaction which Joseph Muscat, Keith Schembri and Konrad Mizzi were involved in during their tenure.”

“The assassination of Caruana Galizia did not happen out of the blue but against a background of institutionalised and industrial scale corruption. The police have made progress on the assassination itself. It is now up to the Prime Minister to deal with the background that led to the assassination. Ignoring that background and its illicit fruits means endorsing it. It is clear that a Maltese Mafia has been tolerated and left to operate undisturbed for years on end.”

The ball remains very much in the Prime Minister’s court.

***

Il-mazz jibqa’ f’idejn il-Prim Ministru

Huwa ċar daqs il-kristall li Robert Abela qed jagħmel minn kollox, fosthom billi jsejjaħ konferenza stampa wara oħra, biex jieħu l-prosit tal-iżviluppi li seħħew fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia.

Iċ-Chairperson ta’ ADPD Carmel Cacopardo qal:”Il-Prim Ministru m’għandu l-ebda dritt li jieħu xi prosit tax-xogħol li għamel il-Korp tal-Pulizija, u tal-iżviluppi li seħħew fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Jekk il-Prim Ministru jrid jieħu l-prosit għandu jieħu d-deċiżjonijiet politiċi li huma kompitu tiegħu, per eżempju għandu jħoll il-kuntratt tal-Electrogas, għandu jara kif il-Vitals jinżammu responsabbli tat-tgħaffiġa tal-kuntratt tal-isptarijiet, u jordna investigazzjoni serja u estensiva ta’ kull tranżazzjoni finanzjarja li għamlu Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi waqt li kienu fil-poter.”

“Il-qtil ta’ Caruana Galizia ma waqax mis-sema, imma seħħ fi sfond ta’ korruzzjoni instituzzjonali fuq skala industrijali. Il-Pulizija, bid-diffikultajiet kollha li sabu ma wiċċhom irnexxielhom jimxu ‘l quddiem fl-investigazzjonijiet tagħhom. Issa l-mazz huwa f’idejn il-Prim Ministru biex jeqred it-tnawwir istituzzjonalizzat li wassal għall-assassinju. Min jiflaħ tħalla jħawwel u jaħsad għal snin twal, filwaqt li l-istat għalaq għajnejh. Huwa ċar li l-Mafja Maltija tħalliet topera bla tfixkil bil-kunsens ta’ dawk li mexxew u jmexxu l-istat għal għexieren sħaħ ta’ snin.”

Il-mazz f’idejk, Prim Ministru!

FacebookEmail