In a statement ADPD Chairperson Carmel Cacopardo said:
“We welcome the recent developments in the investigation into the assassination of Daphne Caruana Galizia. The arrest of the Agius ‘Maksar’ brothers and their associate Jamie Vella is an important development in the case. We hope that the arrest of Maksar brothers will give renewed impetus to the investigation so all persons who were involved in Caruana Galizia’s assassination are brought to justice. We also hope that the arrest paves the way to the dismantling of the Maltese Mafia and free Maltese society and politics from its murderous hold.”
***
Assassinju Daphne Caruana Galizia: nawguraw li kull min huwa involut jiffaċċja l-ġustizzja
Fi stqarrija iċ-Chairperson ta’ ADPD Carmel Cacopardo qal:
“Nilqgħu l-iżviluppi li seħħew illum fl-investigazzjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. L-arrest tal-aħwa Agius ‘tal-Maksar’ u s-sieħeb tagħhom Jamie Vella huwa żvilupp importanti f’dal-każ. Nisperaw li l-arrest tal-aħwa ‘Maksar’ jagħti spinta ‘l quddiem lill-investigazzjoni biex isseħħ ġustizzja ma’ Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha, u biex dawk kollha involuti fl-assassinju jieħdu li ħaqqhom, skont il-liġi. Nawguraw ukoll li dawn l-iżviluppi ġodda jwasslu biex tiġi żarmata u mkissra darba għal dejjem il-Mafja Maltija, u fl-aħħar is-soċjeta u l-politika Maltija jeħilsu mill-madmad tal-kriminalita organizzata.”