Talba lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-kontrolli interni tal-MCAST fuq il-finanzi

Id-Deputat Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Carmel Cacopardo, fid-dawl tar-rapporti ta’ allegat misapproprazzjoni ta’ €2.3 miljun ta’ fondi pubbliċi fl-MCAST talab lill-Awditur Ġenerali jinvestiga
l-kontrolli interni tal-MCAST.

L-ittra hija riprodotta hawn taħt.

***

Sur Deguara,

Nirreferi għall-proċeduri kriminali li bdew il-bieraħ fil-konfront ta’ persuna impjegata tal-MCAST li hi akkużata bi frodi/misapproprjazzjoni ta’ €2.3 miljuni ta’ fondi pubbliċi li kienet qed tamministra.

Bla preġudizzju għal dak li ser jirriżulta fil-konfront tal-persuna akkużata jidher li fl-MCAST hemm nuqqas ta’ kontrolli interni tal-infiq. Dan joħroġ mill-fatt li minn dak rappurtat, kienet il-Pulizija li pproċediet fuq informazzjoni li waslitilha u li investigat.

Fid-dawl ta’ dan qiegħed nitolbok biex tinvestiga is-setup tal-amministrazzjoni finanzjarja tal-MCAST u in partikolari dwar x’kontrolli interni hemm jew ma hemmx biex ikun hemm kontabilità effettiva tal-użu ta’ fondi pubbliċi.

Carmel Cacopardo
Deputat Chairperson – ADPD – The Green Party

FacebookEmail