Id-Deputat Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo ressaq it-talba għal investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali dwar għoti ta’ direct order abbużiv u ingaġġ minn Project Green.
Hawn taħt issibu it-test sħiħ tat-talba.
Brian Decelis – Public Relations Officer
—————–
Sur Deguara,
The Shift News għadhom kif ippubblikaw rapport investigattiv dwar Project Green. Dwar l-għoti ta’ direct order abbużiv ta’ miljun Euro.
Dan qed jingħad wara l-ġew ippubblikati rapport oħra dwar l-ingaġġ ma’ Project Green riżultat ta’ nepotiżmu numru ta’ persuni f’karigi differenti.
Project Green hu allokat €700 miljun biex jiffinanzja l-ħidma tiegħu, somma li minn dak magħruf mhux qed tintefaq bil-għaqal u skond ir-regoli finanzjarji.
L-artikli in kwistjoni huma s-segwenti.
Project Green issues €1million direct order for Bormla carpark architect | The Shift News
Disgraced Project Green boss spends €1 million in recruitment drive | The Shift News
Fid-dawl ta’ dan nitolbok tinvestiga l-operat ta’ Project Green, u b’mod partikolari dwar l-osservanza jew in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli finanzjarji applikabbli għas-settur pubbliku.
Carmel Cacopardo
Deputat Chairperson – ADPD – The Green Party