Il-PM u l-Ministri ma ddikjarawx l-assi tagħhom

Permezz tal-email t’hawn taħt ADPD talab lil Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jinvestiga n-nuqqas min-naħa tal-Prim Ministru u l-Membri tal-Kabinett li jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-assi skont kif stipulat.

——————

Għall-attenzjoni tal-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika

Sur Kummissarju,

Hu fatt magħruf li l-Prim Ministru u l-Membri tal-Kabinett għadhom sal-lum ma ppreżentawx fil-Parlament id-dikjarazzjoni tagħhom dwar l-assi, u dan skont kif stabilit mill-Kodiċi tal-Etika applikabbli.

Qed nitolbok biex tinvestiga l-każ.

Dejjem tiegħek

Carmel Cacopardo

Deputat Chairperson – ADPD – The Green Party

FacebookEmail