ADPD – The Green Party jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Qorti f’kawża ta’ malafama li Ivan Grech Mintoff u l-partit ABBA għamlu kontra ADPD u l-uffiċċjali tal-partit Sandra Gauci, Ralph Cassar u Mina Jack Tolu.
Il-qorti tat raġun lil ADPD u sostniet li l-kritika tal-aġir ta’ Ivan Grech Mintoff u membri tal-ABBA waqt ir-rappreżentazzjoni ta’ dramm għat-tfal waqt il-festival Żigużajg kienet kritika ġusta u sostanzjalment ibbażata fuq fatti.
ADPD ssostni li kulħadd għandu jħossu liberu li jattendi għal attivitajiet kulturali u edukattivi mingħajr ma jħossu osservat jew skomdu.
ADPD jirringrazzja lill-Avukati Therese Comodini Cachia, Désirée Attard u Emma Portelli Bonnici li dehru għal ADPD u Ralph Cassar, Sandra Gauci u Mina Jack Tolu rispettivament.