Fl-ewwel reazzjoni ta’ AD ghall-Budget 2015, ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal:
Mil-lat pozittiv, it-tnaqqis tal-beneficcji socjali bil-mod il-mod ghal min jidhol fid-dinja tax-xoghol jew ghat-tahrig, minflok jinqatghu f’daqqa, hija mizura tajba. L-ghajnuna finanzjarja zejda lill-genituri li jrabbu hija mizura ta’ min ifahharha.
Iz-zieda fil-hlasijiet ghal-leave tal-maternità, partikolarment ghan-nisa self employed, hija pass tajjeb ‘l quddiem. Nixtiequ, izda, li l-limitu propost tal-minimum wage jitnehha.
Il-mizuri kontra l-prekarjat u biex jittaffa l-faqar huma pozittivi.
L-istess il-fatt li l-gvern nehha finalment il-htiega ghall-importaturi ta’ oggetti elettrici u elettronici li jkollhom responsabbilta’ doppja li jiddisponu mill-iskart kemm bl-eko-tax kif ukoll bid-direttiva WEEE. Din il-mizura ilha tigi posposta 7 snin. Issa l-impurtaturi ta’ apparat elettriku u elettroniku se jkunu responsabbli b’mod shih u dirett huma stess ghall-gbir u r-riciklagg tal-iskart elettriku u elettroniku.
L-obbligu li min ihaddem irid jimpjega persentagg ta’ persuni b’dizabilita’ ilu jezisti sa mis-snin sittin. Nistennew li issa jsir l-infurzar ta’ din il-ligi kif suppost.
L-incentiv fiskali ghall-kumpaniji li jaghtu iktar minn 2000 Ewro lill-Community Chest fund hija mizura pozittiva, imma mhux sew li din tkun limitata biss ghan-negozjanti. Ghandha tkun estiza ghal kulhadd. Anki min jaghti donazzjonijiet lil NGOs registrati ghandu jkun ezentat.
It-tnaqqis ta’ 15% mit-taxxa lil dawk li jinvestu f’pensjoni privata (it-tielet pilastru) ukoll hija tajba, imma din jistghu igawdu minnha biss dawk li jistghu ihallsu ghal pensjonijiet privati. Il-gvern kien missu kkoncentra fuq il-pensjonijiet tat-tieni pilastru, li jinqasmu bejn il-gvern, il-haddiema u min ihaddem.
Iz-zieda fit-taxxa diretta, fuq prodotti li jaghmlu l-hsara, bhas-sigaretti u spirti, hija xi haga gusta.
Iz-zieda redikola ta’ 58 centezmu fil-gimgha ghall-gholi tal-hajja ma tirriflettix iz-zieda vera fl-gholi tal-hajja, li giet affettwata statistikament bit-tnaqqis ta’ 25% fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Alternattiva Demokratika qed tistaqsi x’qieghed jigri fil-power station il-gdida ta’ Delimara. Huwa inaccettabbli li Malta se tkun qed tixtri l-energija bi prezz doppju tar-rata prezenti tas-suq.
Rigward it-trasport pubbliku, jehtieg li nkunu nafu t-termini tal-ftehim ma’ Autobuses de Leon. Xtaqna nkunu nafu mill-gvern id-dettalji tal-policies biex ihajjar aktar nies juzaw it-trasport pubbliku.
Dwar it-trasport sostenibbli, ghalkemm l-incentivar tar-roti u tar-roti elettrici, ghalkemm b’rata minima, huwa bidu tajjeb, li hemm bzonn huwa investiment f’infrastruttura tajba ghal din il-forma ta’ trasport alternattiv. Fl-istess nifs li l-Gvern jghid li jrid inaqqas it-traffiku, jghid ukoll li jrid izid il-parkegg – xhieda li l-Gvern m’ghandux politika cara fil-qasam tat-trasport.
Il-kominitajiet lokali ghal darba ohra baqghu bl-istess budget li ilhom bih ghal dawn l-ahhar snin. Minkejja r-retorika politika l-Kunsilli Lokali ghal darba ohra mhux se jkollhom bizzejjed flus biex
jaqdu l-htigijiet bazici tal-komunitajiet taghhom. Lanqas m’hemm indikazzjoni jekk il-Kunsilli Lokali humiex se jibdew jdahhlu l-fondi mill-licenzji tal-hwienet u licenzji ohra.
Rigward it-taxxi, filwaqt li t-taxxa tad-dhul regghet tnaqqset ghal darb’ohra ghal dawk li jaqilghu bejn 19500-60000 Ewro, dan wassal ghal zieda f’taxxi ohra indiretti, kif kienet ipprevediet AD qabel l-elezzjoni. Huwa dawk li jaqilghu paga minima jigu agevolati b’mizuri socjali izda ghandna naslu biex ikun hemm revizjoni perjodika tal-paga minima, ghax hija paga dicenti li fl-ahhar mill-ahhar taghti dinjita lill-haddiema.
Il-gvern naqas ukoll milli jindirizza l-kwistjoni tal-ezenzjoni mit-taxxa ta’ kumpaniji barranin. Wara l-Lussemburgu u l-Olanda, l-UE diga bdiet tinvestiga l-incentivi fiskali li Malta toffri lil kumpaniji barranin biex jibdew joperaw gewwa Malta. L-issue li ghandu jkun hemm level playing field ghal kulhadd f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ tassazzjoni ma jistax jinghata l-genb.