Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson u Kelliemi għall-iŻvilupp Sostenibbli ta’ l-Alternattiva Demokratika ħareg l-istqarrija segwenti:
“L-inċidenti dejjem iktar spissi ta’ qtil ta’ għasafar protetti huma k-konsegwenza loġika tal-messaġġi tal-Partit Laburista lill-kaċċaturi.
“Il-messaġġ li Joseph Muscat u l-Partit Laburista dejjem taw lill-kaċċaturi kien wieħed sempliċi ħafna: il-partit laburista jipproteġi l-kaċċa. Bħala riżultat ta’ dan il-messaġġ uħud mill-kaċċaturi fehmu li issa għandhom id-drittli jagħmlu li jridu. Mhux kollha jaħsbu hekk.
“Il-konsegwenzi huma dawk li naraw madwarna kontinwament.
“L-għeluq temporanju tal-istaġun tal-kaċċa fil-ħarifa mit-3.00pm tas-Sibt 20 ta’ Settembru sal-11 t’ Ottubru 2014 hu pass tajjeb. Imma hu pass li Joseph Muscat qed jieħu tard ħafna, għax min laħaq rabba’ l-arja issa bil-mod biex ineħħiha.
“M’għandix dubju li matul il-ġranet li ġejjin ser nisimgħu iktar rapport dwar inċidenti diversi.
“Il-Gvern kellu jiċċaqlaq għax l-opinjoni pubblika qed tirreaġixxi għall-abbużi li hawn madwarna. Dan hu pass tajjeb. Forsi l-Gvern xi darba jiġi f’sensieh.”