Pembroke: il-mazz f’idejn il-Gvern

F’kummenti waqt protesta ta’ residenti ta’ Pembroke fuq applikazzjoni għal bini ta’ skola privata fuq art pubblika f’din il-lokalità (PA05424/17), Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali ta’ Alternattiva Demokratika qal:”Qeghdin f’lokalità oħra, li flimkien ma ħafna oħrajn qed jiffaċċjaw bini kontinwu u bla waqfien. Qegħdin f’lokalità ma’ ħafna oħrajn li qed tbati mill-fatt li fl-2006, il-‘famuż’ proċess ta’ razzjonalizazzjoni sar mingħajr ma’ sar Strategic Environmental Assessment – għax il-gvern kien irrifjuta li jagħmel dal-proċess.”

“SEA kien jara u jikkwantifika l-impatti kumulattivi ta’ żvilupp u r-relevanza ta’ dan għal Pembroke li wkoll rat żvilupp massiv f’dan l-aħħar snin. Il-problema hija prinċipalment li fil-ferneżija ta’ bini li għaddejja mhux qed tingħata l-importanza lill-impatti kumulattivi ta’ ħafna żviluppi individwli. Kollox qed jitqies waħdu, din mhux serjetà. Minflok il-pajjiż iħajjar u jindokra spazji miftuħa qed iħajjar aktar traffiku, aktar tniġġis u aktar bini. Ħarsa lejn x’ġara f’San Ġiljan, Paceville, Tas-Sliema u l-inħawi, b’nuqqas ta’ ippjanar fit-tul għandu jiftaħ għajnejn kulħadd. Għandna bżonn policies li jżidu l-ispazji miftuħa u li jivvaforixxu mezzi nodfa ta’ trasport fost affarijiet oħra.”

“Fl-aħħar mill-aħħar f’dal-każ partikolari l-mazz f’idejn il-Gvern. Din hija art propjetà tal-Gvern. Jekk il-Gvern ma jridx li din l-art tiġi żviluppata, faċli ħafna: għandu jiddikjara li ma jridx li din l-art tinbena u ma jgħaddix l-art għall-iżvilupp.”

FacebookEmail