Laqgħa Ġenerali Straordinarja

Bħal ma hija l-prassi wara kull elezzjoni ġenerali l-Eżekuttiv qed isejjaħ laqgħa ġenerali straordinarja, minflok li jistenna l-laqgħa ġenerali annwali. Il-laqgħa se ssir IS-SIBT 16 TA’ SETTEMBRU 2017 fil-Lukanda Osborne, Valletta.

Nominazzjonijiet għall-Eżekuttiv jintlaqgħu bl-email fuq info@alternattiva.org.mt sat-12 ta’ Settembru 2017 fis-7pm.

Jintlaqgħu ukoll proposti għal mozzjonijiet jew emendi fl-istatut sal-istess data. Il-mozzjonijiet proposti mill-Eżekuttiv u l-istatut jinstabu hawn: http://www.alternattiva.org.mt/documents/

Il-laqgħa hija miftuħa biss għal dawk li jkunu ħallsu l-isħubija 2017.Tiġdid tal-isħubija ta’ dawk li diġa huma membri jista’ jsir waqt ir-reġistrazzjoni qabel tibda l-laqgħa. Jekk qatt ma użajt il-faċilita’ elettronika tas-sħubija huwa rakkomandat li tużawha billi tħallsu online permezz tal-PayPal hawnhekk: http://www.alternattiva.org.mt/membership/

Min diġa irreġistra bħala membru online bil-PayPal m’għandux għalfejn jerġa jirreġistra għax is-sistema ġġedded l-isħubija awtomatikament.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi tibgħatli email fuq info@alternattiva.org.mt jew ralph.cassar@alternattiva.org.mt

Aġenda:

Is-Sibt, 16 ta’ Settembru 2017 – Osborne Hotel, Triq Nofsinhar, Valletta
09:30h Reġistrazzjoni – Registration
10:00h Ftuħ – Opening

  1. Ħatra Chairperson tal-laqgħa
  2. Rapport dwar l-Elezzjoni Ġenerali mis-Segretarju Ġenerali. Diskussjoni
  3. Rapport finanzjarju Jannar-Awissu 2017 mit-Teżorier. Diskussjoni.
  4. Emendi għall-istatut inkluz mozzjoni ta’ tranżizzjoni – diskussjoni u votazzjoni.
  5. Elezzjoni Eżekuttiv.
  6. Mozzjonijiet oħra u diskussjoni.
  7. Diskors tal-għeluq miċ-Chairperson elett tal-partit.

Tislijiet,

Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali

FacebookEmail