Papa Franġisku – ispirazzjoni għal ħafna f’dinja mimlija mibgħeda u qerda

“Tħabbret it-telfa ta’ Papa Frangisku li kien Papa tan-nies, tal-fqar, tal-ġustizzja soċjali u tal-ġustizzja ekoloġika. Kien ta’ ispirazzjoni għal ħafna, mhux biss dawk ta’ fidi Kattolika, bit-tbissima fuq xuftejh, b’dik iċ-ċajta ħelwa u l-kliem mirqum tiegħu ” qalet Sandra Gauci, Chairperson ta’ ADPD – The Green Party.

Infakkru fil-kliem tiegħu dwar il-ġustizzja soċjali u ekoloġika:

… “it-tifrik tal-ambjent u dak tas-soċjetà jolqtu b’mod speċjali lid-dgħajfa ta’ din il-pjaneta”, il-parti l-kbira tal-popolazzjoni tad-dinja. Fid-dibattiti politċi internazzjonali dawn jitqiesu “sempliċi ħsara kollaterali”. Iżda, “l-attitudni tassew ekoloġika trid dejjem issir iżjed attitudni soċjali,” (….) biex nistgħu nisimgħu kemm il-karba tal-art u kemm il-karba tal-foqra…

(Mis-sinteżi bil-Malti ta’ Laudato Si, Papa Franġisku)

FacebookEmail