Minkejja l-baħar ta’ oġġezzjonijiet xorta waħda l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett tal-iżvilupp ta’ Kemmuna.
Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci qalet:”Tlifna Kemmuna wkoll, minkejja li suppost għandha protezzjoni speċjali peress li hija żona Natura 2000. Waqt il-laqgħa tqajmu ħafna perplessitajiet ambjentali fosthom kif se jiġi trattat id-drenaġġ, it-tniġġis mid-dawl, u l-aċċess għall-pubbliku għall-bajjiet. X’sens fiha lukanda hotel ta’ 140 sodda meta l-gvern qed jitkellem fuq numru limitat ta’ turisti? X’direzzjoni hi jew aħjar min qed imexxi eżatt? Fejn hi l-viżjoni li tant jiftaħru biha? Hija ġurnata sewda għall-poplu Malti u Għawdxi ta’ rieda tajba. L-Awtorità tal-Ippjanar uriet kemm hija biss timbru li tapprova l-permessi, mingħajr ħjiel ta’ ppjanar serju u fit-tul.”