Muscat jagħmel il-ħsara

Joseph Muscat qed jagħmel il-ħsara lil Malta billi minflok jaqdi dmiru u juża r-raġuni qed imur kontra l-obbligi internazzjonali tal-pajjiż.

Dan qalu Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, dwar it-theddid tal-Prim Ministru li jikser il-liġi internazzjonali u jibgħat lura lejn il-Libja persuni li anke skont il-liġi Maltija għandhom dritt japplikaw għal protezzjoni umanitarja.

“Jekk il-Prim Minstru għandu sinsla missu jibgħat lura lejn l-UE il-miljuni ta’ Ewro li ħadet Malta biex jintefqu fuq min qed ifittex protezzjoni umanitarja. Imma Muscat arja biss għandu. Muscat kapaċi biss jilgħab bl-emozzjonijiet tan-nies, jpinġi stampa ta’ kriżi kbira u juża lil min huwa dgħajjef għall-iskopijiet politiċi u populisti tiegħu.”

FacebookEmail