AD calls for investigation into possible breaches of the Manoel Island contract
Manoel Island must become a national park.
AD chairperson, Prof. Arnold Cassola, said:”Alternattiva Demokratika is demanding a full investigation into the Manoel Island contract between the Maltese government and the MIDI consortium. If any of the conditions of the contract have been breached, Manoel Island is to be returned to the Maltese government and is to be turned into a national park.”
As things stand, AD totally refutes the proposal of the MIDI developers to develop Manoel Island into a hotel at Fort Manoel, a shopping complex and a casino-hotel at the historic 18th century Lazaretto, retail outlets and luxury low-rise apartments, a helipad and superyacht marina, while taking over also the foreshore including the current swimming spot beneath the fort to build a water taxi pontoon.”
“The MIDI developers have already caused enough damage by reducing Tigne Point to a concrete slum. We reiterate that Manoel Island, the only lung in the polluted and congested Tas-Sliema and Gżira area, should be turned into a national park for the enjoyment of one and all.”
—
AD titlob investigazzjoni dwar ksur ta’ kundizzjoijiet fil-kuntratt ta’ Manoel Island
Manoel Island għandha ssir park nazzjonali, tgħid AD.
Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal: “Alternattiva Demokratika qiegħda titlob investigazzjoni sħiħa biex tindaga ksur ta’ kundizzjonijiet fil-kuntratt ta’ Manoel Island bejn il-Gvern Malti u l-Konsorzju tal-MIDI. Jekk xi kundizzjonijiet tal-kuntratt ġew miksura, il-gżira ta’ Manoel għandha tintradd lura lill-Gvern Malti biex issir Park Nazzjonali.”
“Fiċ-ċirkostanzi attwali, AD toġġezzjona bil-qawwa għall-proposta tal-iżviluppaturi tal-MIDI biex jiżviluppaw Manoel Island f’lukanda fil-Fortizza Manoel, f’kumpless kummerċjali u lukanda bil-casino fil-Lazzarett tas-seklu tmintax, fi ħwienet u appartamenti lussużi, helipad u marina għas superyachts, waqt li jieħdu wkoll il-kosta fejn in-nies jgħumu taħt il-fortizza biex jibnu pontoon għall-“water taxis”.
“L-iżviluppaturi tal-MIDI diġa għamlu biżżejjed ħsara billi rriduċew il-Ponta ta’ Tigne’ għal slum tal-konkrit. Aħna nibqgħu nsostnu li Manoel Island, l-uniku pulmun fiż-żona imniġġsa u b’konġestjoni tat-traffiku fin-naħat ta’ Tas-Sliema u l-Gżira, għandha ssir park nazzjonali biex titgawda minn kulħadd”.