AD taħdem favur iż-żgħir

AD taħdem favur iż-żgħir – tapprova politika għal enerġija 100% nadifa sas-sena 2050.

Fid-diskors tal-għeluq tal-Laqgħa Generali Annwali ta’ Alternattiva Demokratika li saret illum, ic-Chairperson il-Prof. Arnold Cassola qal li l-identita u l-principji ta’ AD mhux ghall-bejgh. Qal li l-problema bid-diskors li jsir dwar koalizzjonijiet huwa li filwaqt li koalizzjoni f’demokraziji avvanzati tfisser li jkun hemm ftehim programmatiku bil-partiti fil-koalizzjoni jzommu l-identita taghhom, f’Malta hawn min irid assimilazzjoni fejn partit jibla’ lill-iehor.

Sahaq li AD mhux interessata f’dawn it-tip ta’ proposti. Il-Prof. Cassola tkellem dwar in-nuqqas ta’ konsistenza ta’ dawk li jitkellmu dwar l-ambjent u l-ODZ imbaghad japplikaw ghal villa f’ODZ. Dawk li jikkritikaw l-ghoti tal-art tal-ITS f’San Giljan lid-DB izda imbaghad ikunu nvoluti fin-negozjati tal-kuntratt, u dawk li gustament jikkritikaw il-bejgh tac-cittadinanza izda mbaghad ibieghuha huma stess. Qal li m’hemmx x’taghzel bejn il-PN u l-PL. Semma l-kumpaniji sigrieti fil-Panama, u ‘positions of trust’ ghall-bazuzli. Fl-istess hin hawn familji li lanqas ilahhqu sal-ahhar tax-xahar minhabba pagi mizeri. Qal li Alternattiva Demokratika se tibqa’ tahdem favur iz-zghir u l-batut u favur servizzi pubblici tajbin ghal kulhadd iffinanzjati b’mod xieraq.

Sadanittant waqt il-laqgha generali giet approvata l-politika ta’ Alternattiva Demokratika dwar socjeta ‘zero carbon’ sal-2050. Din il-politika ssejjah biex sal-2050 il-generazzjoni ta’ energija u t-trasport juzaw sorsi nodfa u rinovabbli ta’ energija. Issejjah ukoll biex, fost proposti ohra, il-bini gdid kollu ikun ‘carbon neutral’ u biex il-karozzi kollha li jitpoggew fis-suq ikunu kollha elettrici sas-sena 2030. Il-kelliem ta’ AD Ralph Cassar qal li din il-mira tfisser aktar impjiegi f’oqsma tat-teknologija u r-ricerka, ekonomija aktar b’sahhitha ghax tinqata’ mid-dipendenza fuq is-suq taz-zejt u l-fuels, tilqa’ ghall-isfida tal-bidla fil-klima u fuq kollox tfisser li jinqata’ t-tniggis tal-arja ghal kollox. Qal li diversi studji juru kif rivoluzzjoni fil-qasam tal-energija thalli effetti pozittivi fuq il-kwalita tal-hajja tan-nies. L-istudji juru li din ir-rivoluzzjoni hija possibbli fi zmien qasir jekk ikun hemm ir-rieda politika u miri cari.

FacebookEmail