L-okkupazzjoni tal-Palestina mill-Iżrael għandha tispiċċa

L-okkupazzjoni militari vjolenti, krudili u umiljanti tal-Palestina mill-Iżrael għandha tispiċċa.

Illum rappreżentanti mill-Eżekuttiv ta’ AD ingħaqdu fil-Belt Valletta mal-Moviment Graffitti u rapreżentanti mill-Ambaxxata tal-Palestina f’turija ta’ b’appoġġ għad-dritt ta ‘awtodeterminazzjoni tal-Palestinjani.

Is-Segretarju Ġenerali ta’ AD Ralph Cassar qal:”Alternattiva Demokratika ttenni l-pożizzjoni tagħha kontra s-serq ta’ art mill-istat Iżraeljan fit-territorji okkupati u kontra l-okkupazzjoni ħarxa u krudili tal-Palestina mill-Iżrael. Id-dikjarazzjonijiet fundamentalisti u unilaterali tal-President tal-Istati Uniti Trump dwar l-istatus tat-territorji okkupati fil-Palestina ġew injorati u ikkundannati mill-komunità internazzjonali. Sfortunatament ftit li xejn inbidel mill-okkupazzjoni tal-1967. Ir-riżoluzzjonijiet tan-NU baqgħu jiġu injorati u issa l-President tal-Istati Uniti qed ikompli jrewwaħ in-nirien tal-mibgħeda. Huwa ovvju li l-vjolenza fil-Lvant Nofsani hija konsegwenza tal-okkupazzjoni militari tal-Palestina. Okkupazzjoni vjolenti, krudili u umiljanti. ”

Is-sens profond ta ‘inġustizzja u frustrazzjoni li qed iħoss il-poplu tal-Palestina minħabba r-realtajiet ħarxa tal-okkupazzjoni minn Iżrael jeħtieġ riżoluzzjoni u l-attenzjoni tal-komunità internazzjonali, li ripetutament injorat il-qagħda mwiegħra tal-Palestinjani. L-UE għandha tieħu rwol ċentrali fil-kuntest tal-lum u taħdem biex fl-aħħar l-okkuazzjoni illegali tal-Palestina minn Iżrael tintemm. Il-Palestina ilha tistenna għal ħafna żmien.”

***

Violent, cruel and humiliating Israeli military occupation of Palestine must end

Joining a solidarity gathering in support of the Palestinians’ right of self-determination with Moviment Graffitti and representatives of the Embassy of the State of Palestine in Valletta today, AD Secretary General Ralph Cassar said:

“Alternattiva Demokratika reiterates its position against the setting up of Israeli settlements in occupied territory and against the harsh and cruel occupation of Palestine by Israel. US President Trump’s fundamentalist and unilateral declarations about the status of occupied territories in Palestine have been ignored and indeed condemned by the international community. Unfortunately nothing has changed much since the occupation of 1967, UN resolutions remain ignored and now a US President adds fuel to the flames of hatred. It is patently obvious that violence in the Middle East is a consequence of the violent, cruel and humiliating Israeli military occupation of Palestine.”

The deep sense of injustice and frustration felt by the people of Palestine because of the harsh realities of the occupation of Palestine by Israel needs resolution and the attention of the international community, which has repeatedly turned its back on the plight of Palestinians. The EU should take centre stage and leadership in today’s context – Palestine has been waiting for far too long.

FacebookEmail