Kandidati ta’ ADPD jimpenjaw ruħhom favur it-tfal

Kandidati ta’ ADPD għall-elezzjoni ġenerali laqgħu stedina mill-Malta Foundation for the Wellbeing of Society u ffirmaw dikjarazzjoni favur id-Drittijiet tat-Tfal.

Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni, il-kandidati qed jimpenjaw ruħhom li, fi kwalunkwe rwol ta’ responsabbiltà wara l-elezzjoni, jkunu vuċi li jagħtu viżibilità lill-aspirazzjonijiet tat-tfal li jgħixu f’dawn il-gżejjer.

Dan billi jagħtuhom il-viżibilità li jistħoqqilhom u jaħdmu  sabiex id-drittijiet tagħhom jibqgħu mħarsa u miżmuma fiċ-ċentru tal-politika u tad-deċiżjonijiet li jolqtu s-soċjetà tagħna.

Il-Fondazzjoni riċentement ippreżentat Il-Manifest tat-Tfal 2026 – 132 Proposta mressqa mill-membri tal-65 Kunsilli Lokali tat-Tfal madwar Malta u Għawdex.

Fil-ħidma tiegħu il-partit ADPD dejjem jara li jimplimenta politika ta’ sostennibiltà reali li jirriflettu l-aspirazzjonijiet tal-ġenerazzjonijiet futuri.

Filwaqt li iffirmat id-dikjarazzjoni tat-tfal, iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci ppreżentat ukoll kopja tal-manifest elettorali tal-partit lill-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca li hija iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni.

FacebookEmail