Jo Etienne Abela – xokkanti!

Il-Ministru tas-Saħħa, Jo Etienne Abela huwa tal-fehma li persuni rekoverati jew li għandhom bżonn l-assistenza f’Male Ward 1B, fl-Isptar Monte Karmeli għandhom l-għażla li jtilqu, jekk l-istat ta’ din il-ward ma jogħġobhomx.

Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci qalet:”Din hi stqarrija xokkanti li turi biċ-ċar arroganza u bruda lejn il-ħtiġijiet ta’ nies vulnerabbli. Persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali u f’qagħda soċjali diffiċli jsofru minn stigma qawwija. Huwa fid-dover tal-istat li jipprovdilhom l-għajnuna u d-dinjità li jistħoqqilhom. L-istqarrija tal-Ministru Abela turi distakk mir-realtà ta’ dawn il-persuni. F’pajjiżi oħra, dan il-kliem kien iwassal għal riżenja – imma hawn donnu kollox jgħaddi!”

FacebookEmail