ADŻ – Green Youth Secretary General and Alternattiva Demokratika – The Green Party candidate for the Marsaskala Local Council, Daniel Desira said: “We all agree that the abandoned Jerma Hotel site is dangerous, an eyesore and is obstructing a historic tower. The abandoned hotel should be demolished. However the proposed 15 storey development on the site, comprising a hotel and apartments will just mean over development and will not enhance the environment of the area. This development will continue to obstruct and envelope St Thomas Tower, which is in the process of being converted into a Museum of Piracy, not to mention exacerbating the parking problem in the locality. The sale of the land around the tower was a mistake which should now be rectified.”
“The best and most realistic solution is that the Jerma site taken back by the Government and turned into an open space to be enjoyed by residents, tourists and visitors. While the economic development Marsaskala is important, it must be sustainable, including promoting ecotourism and historical and cultural tourism. Sustainable economic development means economic benefits while protecting the cultural and environmental characteristics of Marsaskala.”
***
L-art tal-Jerma għandha tittieħed lura mill-Gvern
Daniel Desira, Segretarju Ġenerali tal-Alternattiva Demokratika Żgħażagħ u kandidat tal-Alternattiva Demokratika għall-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala qal: “Ilkoll naqblu li l-lukanda abbandunata tal-Jerma hi ta’ periklu, tgħatti l-forti li hemm warajha u għandha għalhekk titwaqqà. Mill-banda l-oħra, il-binja proposta ta’ 15-il sular, li tinkludi lukanda u appartamenti lussużi, se tkompli tkerraħ iż-żona. Fost l-ohrajn, dan l-izvilupp se jkompli jgħatti t-Torri San Tumas, li hu fil-proċess biex isir Muzew tal-Piraterija, kif ukoll ikabbar il-problema ta’ parkeġġ għar-residenti. Barra minn hekk, ta’ min jenfasizza ukoll li l-bejgħ tal-art ta’ madwar it-Torri San Tumas, kien żball li għandu jkun irrimedjat.”
“L-aħjar u l-iktar soluzjoni realistika hi dik li l-art tal-Jerma tittieħed lura mill-Gvern u wara li titwaqqa’, tinbidel fi spazju miftuħ li jista’ jitgawda mill-Iskalin, turisti u viżitaturi. Waqt li l-iżvilupp ekonomiku tal-lokal, li diġà għaddej tajjeb, huwa importanti, dan għandu jsir b’modi sostenibbli bhall-ekoturiżmu u turiżmu storiku u kulturali. B’hekk, il-lokalità ta’ Wied il-Għajn tgawdi ekonomikament, filwaqt li jitħarsu l-karatteristiċi kulturali u ambjentali ta’ Wied il-Għajn.”