Hi sfortuna u ma jagħmel l-ebda ġid lil ħadd li l-istat ta’ Iżrael qed jisfrutta d-dritt li jiddefendi ruħu biex jipprova jiġġustifika l-ġenoċidju tal-poplu Palestinjan ġewwa Gaza. Poplu li hu vittma kemm tat-terroriżmu tal-Ħamas u tal-Ħiżballaħ kif ukoll vittma tar-reazzjonijiet sproporzjonati tal-istat tal-Iżrael.
Samuel Vella, Deputat Segretarju Ġenerali ta’ ADPD u Chairperson tal-fergħa taż-żgħażagħ saħaq li Malta għandha tagħraf id-dritt tal-Palestina li tmexxi lilha nnifisha filwaqt li tirrikonoxxi lill-Palestina bħala stat sovran. Il-Gvern għandu jagħraf il-ġenoċidju li qiegħed iseħħ f’Gaza, bl-għadd tal-imwiet li jiżboq l-erbgħin elf. Vella ħeġġeġ lill-Gvern biex jikkundanna l-attakki fuq il-Libanu, li wasslu għat-telfien ta’ ħajjet eluf ta’ ċittadini.
It-terrorizmu mill-istat tal-Iżrael hu kundannabbli daqs dak tal-Ħamas u tal-Ħiżballaħ. Vella ikkonkluda billi emfasizza li l-konflitt fil-Lvant Nofsani mhux ser jigi fi tmiemu bl-użu tal-armi izda biss madwar il-mejda tan-negozjati. Hemm htiega li, jiġi evitat aktar telfien ta’ ħajjiet innoċenti; filwaqt li lkoll ghandna nikkundannaw kemm l-iżlamofobija kif ukoll l-antisemitiżmu li komplew jinfirxu matul il-kunflitt.
Sandra Gauci, chairperson ta’ ADPD fakkret li l-paċi u d-dritt ta’ kull ġens għal tmexxija sovrana huma fil-qalba tal-Politika Ħadra. Il-Palestina ma tistax tkun eċċezzjoni. Gauci kkundannat il-ħtif tax-Xatt tal-Punent tal-Palestina, li jmur kontra l-liġijiet internazzjonali. Gauci saħqet ukoll li l-Gvern għandu jgħaddi mid-diskors għall-fatti, billi jħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea sabiex twaqqaf il-bejgħ ta’ armamenti lil Iżrael; filwaqt li jniedi sanzjonijiet kontra prodotti magħmulin f’artijiet okkupati illegalment mill-kolonizzaturi fix-Xatt tal-Punent. Gauci għalqet b’appell lill-Gvern sabiex ma jippermettix bastimenti b’tagħbija ta’ armamenti għal Iżrael f’ibħra Maltin; u sabiex jimponi sanzjonijiet oħra, simili għal dawk kontra r-Russja wara l-Invażjoni tal-Ukrajna fis-sena 2022.
***
PR 05/10/2024 State terrorism can never be morally justified
The fact that the state of Israel engages in the genocide of the Palestinian people in Gaza on the grounds of self-defence is indeed unjustified and detrimental to all, a people that is a victim of the terrorist groups Hamas and Hizballah, as well as a victim of the disproportionate reactions of the state of Israel.
Samuel Vella, Deputy Secretary General of ADPD and Chairperson of the youth branch, stressed that Malta should recognize the right of Palestine self-determination while recognizing Palestine as a sovereign state. The Maltese government should recognize the genocide that is taking place in Gaza, with the death toll exceeding forty thousand lives. Vella urged the Government to condemn the attacks on Lebanon, which has so far led to the loss of lives of thousands of citizens.
Sandra Gauci, ADPD – The Green Party Chairperson, pointed out that peace and the right of every nation to self-determination are at the heart of Green Politics. Palestine cannot be an exception. Gauci condemned the seizure of the West Bank of Palestine, which is against international law. Gauci also emphasized that the government should walk the talk by encouraging the European Union to stop the sale of weapons to Israel while launching sanctions against settlement products, that is products made in illegally occupied land in the West Bank. Gauci concluded with an appeal to the government to impose further sanctions, as it did against Russia in 2022 following its invasion of Ukraine, and to forbid ships carrying arms shipments bound for Israel from entering Maltese waters.