Maghtab Fire

In-nirien fil-Magħtab

Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo ħareġ l-istqarrija segwenti wara li dal-għodu żviluppaw nirien fil-faċilitá tal-iskart tal-Magħtab:

In-nirien kmieni dal-għodu fil-Magħtab, ftit iktar minn sena wara n-nirien fl-impjant ta’ Sant’ Antnin f’ Marsaskala, hi ta’ tħassib kbir. Mhux għax mhux possibli li jiġru inċidenti, imma għax jidher li mill-inċidenti li ġraw probabbilment li m’aħna nitgħallmu xejn.

Hemm bżonn li nifhmu li bħala riżultat tal-politika kurrenti dwar l-iskart f’Malta, li hi favur l-inċinerazzjoni, hu iktar faċli li twassal għal dawn it-tip ta’ inċidenti. Dan minħabba li m’hu jsir prattikament xejn biex jiskoraġixxi l-ġenerazzjoni tal-iskart għax inkella ma jkunx hemm biżżejjed skart x’jinħaraq!

Iż-żewġ inċidenti fil-Magħtab u Sant’ Antnin fi spazju ta’ sena bla ebda dubju ikkawżaw ħafna ħsara, anki minħabba n-natura tossika tad-dħaħen. Hemm ħtieġa urġenti li l-awtoritajiet jiġu f’sensihom qabel ma jkun tard wisq.

***

Fire at Magħtab

Carmel Cacopardo, Chairperson of Alternattiva Demokratika-The Green Party, issued the following statement after the fires which engulfed the Magħtab Waste facility:

The fires which early this morning engulfed the Magħtab Waste facility, just over a year after a similar incident at the Sant’ Antnin facility at Marsaskala is very worrying. Incidents do happen but it seems that as a result of these incidents we are none the wiser.

We should realise that as the current waste policy in Malta, favouring incineration, the possibility of these accidents is much higher than normal. Practically nothing is being done to discourage  the generation of waste as this would impact on the available “fuel” for incineration!

The two incidents at Magħtab and Sant’ Antnin practically only twelve months apart have caused considerable damage, in particular due to the toxicity of the released fumes. The authorities are urged to come to their senses the soonest.

FacebookEmail