Carmel Cacopardo
Alex irid idaħħaq bil-proposta ta’ petrol station f’Hurd’s Bank, ftit il-barra minn Marsaskala.
Qalilna li jista’ jdaħħal €450 miljun fis-sena u joħloq numru ta’ impiegi ta’ kwalità. Dan ma nafx kif wasal għalih. Imma l-iżball tas-soltu joħroġ ċar.
Jinteressaħ id-dħul. Imma qajla l-iċken ħsieb u kelma fuq l-impatt.
Bla dubju l-bunkering f’Hurd’s Bank, kieku kellu jsir ikun il-kawża ta’ tniġġis. Li l-ewwel impatt tiegħu jkun fuq il-komunità residenzjali ta’ Marsaskala. Hu ovvju li konsultazzjoni ma saritx imma hu ovvju li l-anqas l-iċken studju ma sar għax kieku kienu jidentifikaw numru ta’ problemi.
L-għaqda tar-residenti ta’ Marsaskala kienet ċara fl-istqarrija tagħha ‘lbieraħ. Dan proġett li jagħmel il-ħsara. Naqbel magħhom u nittama li qatt ma jseħħ.
Qiesu Alex għadu ma irrealizzax li l-politika tal-enerġija li tagħmel sens għalina hawn Malta hi tali li għandha iżżommna l-bogħod minn prodotti taż-żejt. Forsi Alex nesa li l-Parlament xi snin ilu iddikjara li qegħdin iffaċċjati b’emergenza klimatika. Il-qbil kien wieħed unanimu. Dan ifisser li suppost li l-politika li jmexxi l-quddiem il-PN ta’ Alex tkun waħda konsistenti mal-fatt li l-PN aċċetta li t-tibdil fil-klima hi problematika għalina.
Jirrealizza l-PN li wieħed mill-effetti tat-tibdil fil-klima hu l-għoli tal-livell tal-baħar riżultat ta’ temperaturi dejjem jogħlew? Forsi ma irrealizzax għadu li dan hu ta’ theddida kbira għal dak kollu li għandna mal-kosta, fosthom iż-żoni residenzjali.
Dan apparti issues ta’ sigurtà: qiesu nsejna bl-attakk tad-drones ta’dan l-aħħar li kien hemm f’Hurd’s Bank.
Kif toħorgu b’dawn il-proposti stupidi?

Carmel Cacopardo, kandidat fuq distretti 7 u 11.

