Fear mongering and hate have no place in the EU

Alternattiva Demokratika will be joining the interfaith vigil at Paola mosque tonight to grieve in solidarity with the Muslim community in Malta and to honour the victims of the terrorist attacks in New Zealand last week.

Carmel Cacopardo, Chairperson of AD says “The Islamophobic and xenophobic attacks in Christchurch remind us why we need to foster more inclusive societies. Societies where the voices of all marginalised groups are listened to so that their needs and concerns can be served. Today we stand, not only, with the Muslim community in Malta, but also others, including migrants and refugees, who are victims of racism and xenophobia.”

AD will continue to advocate for politics of inclusion so that hate and violence of any form is avoided. And we adamantly oppose the normalisation of xenophobic, Islamophobic and racist discourse that is also being fueled by politicians and parties in Malta and the EU. Politics based on fear mongering and hate has no place in the European Union.

***

Le għall-politika tal-mibgħeda fl-UE

Alternattiva Demokratika se tattendi għall-viġil inter-reliġjuż li se ssir illejla fil-moskea ta’ Raħal Ġdid f’manifestazzjoni ta’ sogħba u solidarjetà mal-komunità Musulmana f’Malta, kif ukoll biex tagħti ġieħ lill-vittmi tal-attakki teroristiċi fi New Zealand il-ġimgħa l-oħra.

Carmel Cacopardo, Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika qal “L-Iżlamofobja u l-attakki xenofobiċi fi Christchurch ifakkruna l-għala għandna l-ħtieġa li ninkoraġixxu soċjetà iktar inklusiva. Soċjetà fejn l-ilħna tal-gruppi marġinalizzati jistgħu jinstemgħu biex il-ħtiġijiet u l-biżgħat tagħhom ikunu indirizzati. Illum ningħaqdu mhux biss mal-komunità Musulmana f’Malta, imma ukoll ma oħrajn, immigrant u refuġjati li ukoll huma vittmi ta’ razzizmu u xenofobija.

Alternattiva Demokratika se tibqa’ tmexxi ‘l quddiem politika ta’ inklużjoni ħalli l-mibgħeda u l-vjolenza jkunu evitati. Aħna kontra li jkun normalizzat diskors xenofobiku, iżlamofobiku u razzist li hu anke istigat minn uħud mill-partiti u mill-politiċi kemm f’Malta kif ukoll fl-Unjoni Ewropea. Politika bbażata fuq il-biża’ u l-mibgħeda mhux meħtieġa fl-Unjoni Ewropea.


FacebookEmail