ADPD-The Green Party ippubblika l-proposti tiegħu dwar id-diġitalizazzjoni. Luke Caruana, kelliem u kandidat fuq distretti 12 u 13 qal li l-partit jemmen li d-diġitalizzazzjoni għandha tkun għas-servizz tan-nies u mhux tal-multinazzjonali diġitali. It-teknoloġija għandha tkun għodda li tnaqqas il-burokrazija, ittejjeb l-effiċjenza u tagħmel il-ħajja taċ-ċittadini aktar sempliċi, aċċessibbli u ġusta. Għalhekk, irridu viżjoni diġitali mibnija fuq id-drittijiet fundamentali, l-inklużjoni soċjali u s-sovranità diġitali Ewropea.
“Dan huwa qasam fejn il-koperazzjoni fuq livell tal-Unjoni Ewropea hija essenzjali. Id-dipendenza fuq servizzi diġitali minn kumpaniji Amerikani mhux fl-interess la tagħna u lanqas tal-Unjoni Ewropea. Nemmnu li l-Ewropa trid issaħħaħ is-sovranità diġitali tagħha sabiex id-data, l-infrastruttura u s-servizzi essenzjali ma jibqgħux dipendenti fuq monopolji jew interessi barranin. Malta għandha tkun parti minn Ewropa li tipproteġi l-privatezza, id-demokrazija u d-drittijiet taċ-ċittadini fid-dinja diġitali.”
Il-proposti tagħna:
- Servizzi diġitali aħjar biex jonqsu l-burokrazija u jiżdiedet l-effiċjenza fis-servizzi pubbliċi.
- Investiment f’għodda teknoloġiċi bil-Malti sabiex ħadd ma jibqa’ eskluż minħabba l-lingwa, filwaqt li nsaħħu l-espressjoni kulturali online bil-Malti, u nżidu l-opportunitajiet tax-xogħol għal dawk li jistudjaw il-lingwi inkluż il-Malti.
- Diġitalizzazzjoni li tagħmel il-ħajja aktar faċli għaċ-ċittadini kollha, inklużi persuni vulnerabbli u anzjani.
- Rikonoxximent tad-drittijiet diġitali bħala parti essenzjali mid-drittijiet fundamentali tagħna.
- Investiment f’internet aktar sigur, veloċi u aċċessibbli għal kulħadd.
- Teknoloġija li tgħin lin-nies u ma tħalli lil ħadd lura.
- Protezzjoni serja u trasparenti tad-data personali taċ-ċittadini.
- Edukazzjoni diġitali b’saħħitha biex kulħadd ikun preparat għad-dinja moderna.
- Intelliġenza artifiċjali regolata biex isservi lin-nies u mhux tintuża kontrihom.
- Preparazzjoni għall-impatti tal-IA fuq ix-xogħol, l-edukazzjoni u s-soċjetà.
- Regoli ċari biex it-teknoloġija tirrispetta d-dinjità umana u sservi lill-komunità.
- Innovazzjoni responsabbli li tindirizza problemi soċjali, ambjentali u tal-bidla fil-klima.
- Futur diġitali inklussiv u aċċessibbli għal kulħadd.
***
Digitalisation that serves society
ADPD believes that digitalisation must serve people. Technology should reduce bureaucracy, improve efficiency, and make everyday life simpler, fairer, and more accessible for everyone. Our digital vision is built on fundamental rights, social inclusion, and European digital sovereignty.
ADPD-The Green Party spokesperson and candidate on districts 12 and 13 Luke Caruana said:”In this sector cooperation at a European level is essential. Near total dependency on US digital behemoths is not our interest, nor that of the EU. We believe that the EU must strengthen its digital sovereignty so that critical infrastructure, data, and digital services are not controlled by foreign monopolies or external interests. Malta should play an active role in building a Europe that protects privacy, democracy, and citizens’ rights in the digital age.
Our proposals:
- Better digital public services that reduce bureaucracy and improve efficiency.
- Investment in Maltese-language digital tools and platforms. We want to strengthen cultural expression in Maltese online, and also increase career opportunities for those who study languages, including Maltese.
- Digitalisation that makes life easier for all citizens, including vulnerable groups and older persons.
- Recognition of digital rights as fundamental human rights.
- Investment in safer, faster, and more accessible internet infrastructure.
- Technology that empowers people instead of leaving them behind.
- Strong and transparent protection of citizens’ personal data.
- Digital education to ensure nobody is excluded from the modern world.
- Artificial intelligence regulated to serve people and society.
- Preparing for the impact of AI on employment, education, and social structures.
- Clear rules to ensure technology respects human dignity and serves communities.
- Responsible innovation that addresses social inequality, environmental challenges, and climate change.
- An inclusive and accessible digital future for everyone.

