Dak li mhux qed jagħmel Robert Abela jagħmluh il-unions Taljani

Dak li mhux qed jagħmel il-Gvern Malti qed jagħmluh il-unions fl-Italja.

“Minkejja r-retorika tal-Prim Ministru Robert Abela dwar l-oppressjoni tal-Palestinjani u l-ġenoċidju viljakk minn Iżrael, Abela ma jieħux azzjoni fejn jista’ jkollu effett. Malta għandha saħħa internazzjonali kbira minħabba li pajjiżna għandu wieħed mill-akbar reġistri tal-vapuri fid-dinja. Għaldaqstant il-Gvern Malti jista’ mill-kliem jgħaddi għall-fatti u jirtira r-reġistrazzjoni ta’ vapuri ili jfornu fuel, armi u riżorsi oħra lill-Iżrael.”

Is-Segretarju Ġenerali ta’ ADPD-The Green Party Ralph Cassar qal li bħalissa fil-post ta’ Taranto fl-Italja, ħaddiema tal-port imblokkaw it-tanker b’bandiera Maltija Seasalvia. Skont rapport fil-media Taljana t-tanker qed iġorr tletin elf tunnellata ta’ fuel għall-forza tal-ajru tal-militar Iżraeljan. L-istess militar li joqtol bl-addoċċ eluf ta’ ċittadini tal-Istat tal-Palestina. Il-Gvern Malti jista’ wkoll jwaqqaf kull trasbord ta’ merkanzija mill-Port Ħieles ta’ Malta lejn l-Iżrael. Imma jippreferi, minkejja t-teatrini patrijottiċi tiegħu jillimita ruħu għar-retorika u t-teatrini, l-istess bħal ma’ għamel meta waqa’ fil-muta wara attakk minn Iżrael fuq attivisti fuq dgħajjes viċin Malta. Tant huwa ġifà li lanqas biss ħalla d-dgħajsa attakkata tidħol fl-ibħra territorjali Maltin.” 

***

While Robert Abela looks on, Italian unions block Maltese-flagged ship 

While the Maltese Government looks on as Israel kills Palestinians in their thousands, Italian unions block Maltese-flagged tanker supplying fuel to Israel. 

“Despite Prime Minister Robert Abela’s rhetoric about the oppression of Palestinians and the genocide by Israel, Abela does not take action where it can have an real effect. Malta has one of the largest shipping registers in the world and can take strong action involving the supply of resources to the Israeli genocidal machine. The Maltese Government can withdraw the registration of Malta-flagged ships supplying fuel, weapons and other resources to Israel.”

ADPD-The Green Party Secretary General Ralph Cassar said that at this very moment in Taranto in Italy, port workers are blocking the Maltese-flagged tanker Seasalvia. According to reports in the Italian media, the tanker is carrying thirty thousand tonnes of fuel for the Israeli airforce. The same airforce which bombs thousands of citizens of the State of Palestine. The Maltese Government can also stop any transhipment of cargo from the Malta Freeport to Israel. But Robert Abela prefers, despite his ‘patriotic’ theatrics, to stick to mere rhetoric and theatrics, just as he did when he remained silent following an attack by Israel on an activist boats near Malta. He did not even let the activists’ boat enter Maltese territorial waters, such is the extent of his spinelessness.”

FacebookEmail