Bżonn kbir ta’ infrastruttura għar-roti

llum il-kandidati ta’ ADPD – The Green Party għall-Parlament Ewropew Ralph Cassar, Rachelle Deguara u Mina Jack Tolu laqgħu l-stedina tal-organizazzjoni Rota.mt u ngħaqdu għal vjaġġ bir-roti bejn il-Belt Valletta u l-Gżira.

Il-kandidati ta’ ADPD – The Green Party kienu l-unika kandidati li ħadu sehem f’din l-inizjattiva, minkejja r-retorika tal-partiti l-oħra hekk imsejjħa ‘kbar’ xorta ma sabux il-ħin u kandidati biex jingħaqdu fil-vjaġġ. 

Il-kandidati ta’ ADPD – The Green Party innutaw li waqt vjaġġ bir-rota, għalkemm tkun qed tikkontribwixxi biex tnaqqas il-karozzi mit-toroq, xorta ssib ħafna ostakli u diffikultajiet, għax it-toroq iddisinjati għall-kumdità tal-karozzi u mhux biex jiffaċilitaw trasport nadif u alternattiv. Lanqas il-ftit rotot għar-roti m’huma tajbin għax mhux konnessi flimkien u lanqas m’huma adegwati.

Il-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-mobilità m’għandhomx jibqgħu jinħlew fi flyovers u biex jinkoraġġixxu t-tniġġis, iżda għall-mobilità nadifa u sostenibbli u għat-trasport pubbliku.

FacebookEmail