Brexit and Malta

Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said:”Whilst fully respecting the free will of the British people, it is sad to note that the younger generation of British people, the ones that voted massively in favour of “remain”, will be the ones to bear the brunt of this decision.  The political implications that can be expected in Europe are a rise in rightist populistic policies and a greater yearning for an EU disintegration.”

“As for the economic consequences, Malta should brace itself for negative aspects it might have to face.  With the strong devaluation of the pound sterling in the currency markets today, the immediate consequence could be a negative impact on tourism originating from the United Kingdom.  But we must also brace for not so far away challenges, such as the consequences on Maltese students and residents in Britain as well as a long term reduction in the availability of EU cohesion funds”.

Brexit u Malta

Ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal:”Filwaqt li r-rieda tal-poplu tar-Renju Unit trid tiġi rispettata, huwa ta’ dispjaċir li ninnotaw li l-ġenerazzjoni żgħażugħa tal-pajjiż, dawk li ivvotaw b’maġġoranza kbira favur ‘remain’ se jkunu dawk li jridu jiffaċċjaw l-effetti negattivi ta’ din id-deċiżjoni. Huwa ovvju li issa nistennew impatti politiċi fl-Ewropa kollha, fosthom li politika diviżiva u populista tal-lemin issir aktar popolari u t-tisħiħ ta’ movimenti nazzjonalisti favur id-diżintegrazzjoni tal-Unjoni Ewropea.”

“Fejn jidħlu konsegwenzi ekonomiċi, Malta għandha tipprepara ruħha għal konsegwenzi ekonomiċi negattivi li jista’ jkun li jkollha tiffaċja. Id-devalwazzjoni tal-isterlina jista’ jkollha konsegwenza negattiva fuq it-turiżmu mir-Renju Unit. Hemm ukoll konsegwenzi aktar fit-tul bħal fuq studenti u residenti Maltin fir-Renju Unit u wkoll tnaqqis fil-fondi ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea.”

FacebookEmail