AD_Flag

AD Submits Party Registration Documents

AD_Flag

AD submits party registration documents to Electoral Commission

Today morning AD – The Green Party Chairperson Prof. Arnold Cassola and Secretary General, Ralph Cassar, submitted the party’s registration documents to the Electoral Commission according to Chapter 544 of the Laws of Malta.

Ralph Cassar said that now political parties are being regulated at law. “Although the law needs improvement it is still a step forward and should help strengthen the country’s democratic processes.”

“Alternattiva Demokratika is committed to working in favour of a progressive, ecological and reformist agenda. In favour of a society and an economy where people’s well being, dignity and quality of life come first. Where society comes before the market. In favour of social and ecological justice. These are the principles we registered with the Commission and based on which we will continue to develop our policies.”

Arnold Cassola reiterated Alternattiva Demokratika’s position regarding the party registration process. He said that although AD doesn’t have any issues with the individual members of the Electoral Commission he said that it does right that parties have to register with a Commission made up solely of PL and PN representatives. “It would have been better had an independent regulator been appointed, such as the Commissioner for Standards in Public Life. Whenever the Electoral Commission in the past had to take decisions, it usually favoured the government of the day.”

AD tissottometti l-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-partit mal-Kummissjoni Elettorali

Illum filgħodu c-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Prof. Arnold Cassola u s-Segretarju Ġenerali, Ralph Cassar, ippreżentaw l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-partit lill-Kummissjoni Elettorali skont Kapitlu 544 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Ralph Cassar qal li kien wasal iż-żmien li f’Malta l-partiti jkunu regolati b’mod uffiċċjali. “Għalkemm il-liġi għandha bżonn titjib, nemmnu li dan kien pass tajjeb biex insaħħu aktar il-proċess demokratiku.”

“Alternattiva Demokratika hija kommessa li taħdem favur politika ekoloġista, progressiva u riformista. Iġifieri favur soċjeta’ u ekonomija fejn is-saħħa u d-dinjita` tan-nies tiġi l-ewwel, fejn mhux is-suq isuq iżda is-soċjeta’ issuq. Favur ġustizzja soċjali u ekoloġika. Dawn huma l-prinċipji li irreġistrajna mal-Kummissjoni Elettorali. Kommessi li nkomplu niżviluppaw policies li jirriflettu dawn il-prinċipji.”

Arnold Cassola tenna l-pożizzjoni ta’ Alternattiva Demokratika dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni. Qal li għalkemm AD m’għandhiex xi problema bl-individwi li jiffurmaw l-Kummissjoni Elettorali, saħaq li ma jagħmilx sens li partiti jirreġistraw ma Kummissjoni ikkontrollata u magħmula kompletament minn rappreżentanti tal-PL u l-PN. AD tippreferi li jinħatar regolatur imparzjali – li jista’ jkun l-Kummissarju tal-istandards fil-politika, per eżempju. Kull fejn il-Kummissjoni Elettorali fil-passat kellha diskrezzjoni dejjem utilizzatha favur il-gvern tal-ġurnata.

FacebookEmail