AD qed toħroġ sejħa għal persuni li jixtiequ jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2015 f’isimha. Il-kandidati prospettivi jridu jkunu familjari mal-politika ta’ Alternattiva Demokratika kif spjegati f’diversi dokumenti inkluż il-programmi elettorali l-aktar riċenti.
Il-kandidati jintgħażlu mill-Eżekuttiv u flimkien magħhom jitfassal l-programm elettorali għal-lokalita’ fejn ikunu se jikkontestaw.
Jekk int interessat jew taf lil min huwa interessat jagħti kontribut lill-komunita tiegħu kemm bħala kandidat, kif ukoll bħala ‘helper’ fil-lokalitajiet t’hawn taħt, mitlub tikkuntattjani fuq info@alternattiva.org.mt / ralph.cassar@alternattiva.org.mt għal appuntament.
…
Alternattiva Demokratika – The Green Party is issuing a call for those who share the party’s values and who wish to stand for local council elections in 2015 (list of localities hereunder) to contact me on info@alternattiva.org.mt / ralph.cassar@alternattiva.org.mt.
Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali / Secretary General
Alternattiva Demokratika – The Green Party
Lokalitajiet 2015:
Birgu, L-Isla, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ (Malta), Siġġiewi, Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħad-Dingli, Birżebbuġa, Floriana, Gżira, Għajnsielem, Ħal Għargħur, Ħamrun, Iklin, Kerċem, Kirkop, Ħal-Luqa, Marsa, Marsaxlokk, Mosta, Munxar, Nadur, Paola, Qala, Ħal Safi, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, Swieqi, Xagħra, Żebbuġ (Għawdex) u Żurrieq.