Appell: l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Għażiż/a sinjur/a,

F’Marzu tal-2012 – ftit xhur oħra – se jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, f’dawn il-lokalitajiet: Vittoriosa, Senglea, Qormi, Żebbuġ (Malta), Siġġiewi, Attard, Balzan, Dingli, Birżebbuġa, Floriana, Gżira, Għajnsielem, Għargħur, Ħamrun, Iklin, Kerċem, Kirkop, Luqa, Marsa, Marsaxlokk, Mosta, Munxar, Nadur, Paola, Qala, Safi, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Sta Luċija, Swieqi, Xagħra, Żebbuġ (Għawdex) u ż-Żurrieq.

AD qed tipprepara minn issa . Qed tidentifika kemm il-kandidati għal dawn l-elezzjonijiet kif ukoll qed thejji listi ta’ dawk li jistgħu jkunu ta’ għajnuna waqt din l-elezzjoni. Din l-għajnuna tista’ tikkonsisti f’assistenza lill-kandidati huma hu jagħmlu kuntatt man-nies fil-lokalitajiet differenti kif ukoll tqassim bl-idejn ta’ materjal informattiv dwar AD u l-kandidati tagħha.

Napprezza li jekk hu possibli għalik li tagħti xi forma ta’ għajnuna lill-AD tikkuntattjani fuq dawn l-indirizzi tal-email:

cassarralph@gmail.com jew info@alternattiva.org.mt

AD taħdem b’mod voluntarju u kull għajnuna tgħodd.

Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali

Alternattiva Demokratika – The Green Party
PO Box 38 Marsa MTP 1001
temp1.studio2point3.com/ad/.mtinfo@alternattiva.org.mt

 

20.08.2011 Barrieri Naxxar

 

2011.07.16 - AD Wied Incita quarry
FacebookEmail