Alternattiva Demokratika Żgħażagħ qed isejjaħ lill-membri kollha tagħha sabiex jattendu l-Laqgħa Ġenerali Annwali li se sseħħ nhar il-Ħamis 22 ta’ Marzu fis-7 ta’ filgħaxija, ġewwa l-uffiċju tal-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ.
Waqt il-laqgħa jiġi elett kumitat ġdid. Nominazzjonijiet miftuħa ghal:
- Chairperson
- Segretarju Ġenerali
- Segretarju Internazzjonali
- Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi (PRO)
- Teżorier
- Membri Eżekuttivi (erbgħa)
Nominazzjonijiet għal dawn t’hawn fuq, kif ukoll mozzjonijiet għal emendi fl-istatut jintlaqgħu sal-20 ta’ Marzu. Filwaqt li nirringrazzjkom talli qrajtu dan il-messaġġ, nittama li narakom għal din il-laqgħa importanti. Nominazzjonijiet, mozzjonijiet u emendi jintlaqghu fuq info@alternattiva.org.mt. Min se jattendi huwa wkoll mitlub jibgħat email fuq info@alternattiva.org.mt . Grazzi bil-quddiem, James Gabarretta Chairperson ADŻ