AD tifraħ lill-MUT għan-negozjar serju u iffokat mal-MCAST

Alternattiva Demokratika tilqa’ l-aħbar li l-MUT irnexxhiela tilħaq bażi ta’ ftehim xieraq mal-MCAST dwar il-kundizzjonijiet tal-akkademiċi li jaħdmu f’dan il-kulleġġ. L-MCAST issa joffri varjeta’ kbira ta’ korsijiet minn dawk bażiċi sa dawk fi gradi universitarji u għaldaqstant l-kundizzjonijiet għandhom jirriflettu dan il-fatt.

Mario Mallia, Deputat Chairperson u kelliem dwar l-edukazzjoni qal:”Nemmnu li l-għan tal-edukazzjoni hija li toffri lill-istudenti opportunitajiet li jiżviluppaw b’mod sħiħ. Huwa importanti li l-MCAST toffri ambjent fejn l-istudenti u l-għalliema tagħhom jiffurmaw komunita’ ta’ tagħlim b’saħħitha u li tipprepara l-istudenti għal parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjeta’ u fil-ħajja demokratika tal-pajjiż. Edukazzjoni teknika tajba għandha wkoll tiżviluppa l-ħiliet kritiċi u tagħti sodisfazzjon personali lill-istudenti kollha.”

***

AD congratulates MUT on their serious and focused negotiations with MCAST

AD welcomes the news that MUT has reached a basis for an agreement with MCAST on the conditions of academics working in this college. MCAST now offers a variety of courses from basic ones to university degrees. Conditions should reflect this development.

Mario Mallia, Deputy Chairperson and AD spokesperson on education said: “We believe that the purpose of education is to offer students opportunities to develop fully and flourish. It is important that MCAST offers an environment where students and teachers develop an effective community of learning. It is important that students are prepared for full participation in society and the democratic life of the country. A good technical education should also develop critical skills and personal flourishing for all students.”

FacebookEmail