Alternattiva Demokratika Żgħażagħ called for the covering of Triq Regjonali in Santa Venera. ADŻ stated that residents themselves had asked the organisation to talk about the problems they are facing on a daily basis. ADZ reiterated that residents’ concerns should be acted on.
ADŻ spokesperson and Santa Venera resident Marc’ Andrea Cassar stated that in the past AD candidates and officials had already called for the road to be covered by means of a tunnel. However their pleas were left unheard. According to Cassar the time had come to put this issue back on the local agenda.
Cassar further stated that: “There are a number of residents who live right above this road. Every day and night these residents are exposed to exhaust and noise coming from vehicles. Covering the entire road, from the Santa Venera tunnel till the roundabout would block noise and pollution from reaching the residents”
Pascal Aloisio, also from ADŻ said that covering the road would also provide a huge public open space in a highly urbanised area. “It is high time that something is given back to Santa Venera residents, who have had to bear the brunt of a major road cutting through the community for years. Our doable proposal will go a long way in tackling or at least mitigating some of the problems caused by heavy traffic.”
—
ADŻ favur li titgħatta Triq Reġjonali f’Santa Venera
Alternattiva Demokratika Żgħażagħ sejħet biex Triq Reġjonali f’Santa Venera titgħatta. ADŻ sostniet illi kienu r-residenti nfushom illi talbu lil ADŻ biex tintervjeni. ADŻ saħqet illi r-residenti għandhom jingħataw widen.
Il-Kelliem għal ADŻ Marc’Andrea Cassar, li hu wkoll resident ta’ Santa Venera stqarr illi fil-passat kemm kandidati kif ukoll uffiċjali tal-AD kienu sejħu biex din it-triq titgħattha billi tissaqqaf. Madanakollu, s-sejħiet tagħna waqgħu fuq widnejn torox. Skont Cassar, reġa’ wasal iż-żmien sabiex din il-kwistjoni terġa’ titpoġġa fuq l-aġenda tal-lokalità. Cassar kompla jsostni li:”Hemm numru sew ta’ residenti li jgħixu fuq din it-triq. Ta’ kuljum u l-ħin kollu, dawn ir-residenti huma esposti għad-dħaħen u storbju kontinwu tal-karozzi. Jekk it-triq titgħatta mil-mina ta’ Santa Venera sar-roundabout, il-ħoss ma jilħaqx lir-residenti u l-effett tat-tniġġis jittaffa.”
Pascal Aloisio, kelliem minn ADŻ saħaq illi vantaġġ ieħor li tissaqqaf it-triq huwa li jinħoloq spazju pubbliku kbir f’żona urbanizzata u mimlija traffiku. “Wasal iż-żmien li r-residenti ta’ Santa Venera li minn nofs il-komunita’ tagħhom tgħaddi arteja prinċipali tat-traffiku u li għal snin sħaħ ilhom ibatu minn storbju kontinwu u tniġġis jingħataw xi ħaġa lura. Il-proposta konkreta u fattibbli tagħna ittaffi xi ftit mill-problemi kbar tat-tniġġis mit-traffiku, mill-ħsejjes kontinwi u wkoll tipprovdi spazji pubbliċi ġodda.”