AD's Proposal Accepted by Government

AD – The Green Party has welcomed government’s decision to accept its proposal for the creation of the post of Guardian of Future Generations. This has been done through the publication of a Bill (Bill No. 95) on Sustainable Development published last Tuesday.

Michael Bruguglio, AD Chairman stated that AD submitted this proposal through its spokesman on Sustainable Development who participated in the consultation exercise carried out by Parliamentary Secretary Mario de Marco.

Carmel Cacopardo, AD spokesman on Sustainable Development and Home Affairs said that the acceptance by government of AD’s proposal is a positive step. However, added Cacopardo, the Bill can still be improved in order that it achieves the aims for which it has been presented.

Michael Briguglio concluded by stating that AD augurs that Parliament considers and approves the Bill at the earliest opportunity in order that necessary structures and mechanisms are created. This is urgently required as a result of the fact that government disbanded the National Commission for Sustainable Development years ago without creating an alternative.

Il-Proposta tal-AD tigi Milqghuha mill-Gvern

Alternattiva Demokratika tilqa’ b’sodisfazzjoni d-deċizjoni tal-Gvern li jaċċetta proposta tagħha biex tinħoloq il-kariga ta’ Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri. Dan sar fl-abbozz ta’ Ligi (abbozz numru 95) dwar l-iżvilupp sostenibbli li kien ippubblikat nhar it-Tlieta li għaddew.

Michael Bruguglio, Chairman ta’ AD qal li AD għamlet din il-proposta meta permezz tal-kelliemi tagħha għall-Iżvilupp Sostenbbli iparteċipat fil-proċess ta’ konsultazzjoni mniedi mis-Segretarju Parlamentari Mario de Marco.

Carmel Cacopardo, kelliemi ta’ AD għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Intern qal li l-aċċettazzjoni da parti tal-Gvern tal-proposta ta’ AD hu pass pożittiv. L-abbozz iżda żied jgħid Cacopardo jista’ jiġi imtejjeb biex ikun jista’ jilħaq aħjar l-iskop li għalih qed jiġi preżentat.

Michael Briguglio ikkonkluda billi qal li AD tawgura li l-Parlament ifittex jikkunsidra u japprova l-abbozz biex jinħolqu mekkaniżmi u strutturi meħtieġa ħafna anke’bħala riżultat tal-fatt li l-Gvern xolja l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli snin ilu mingħajr ma ħoloq alternativa għaliha.

FacebookEmail