The many consistent warnings of clear and present danger by the medical profession (and other important stakeholders) about the need for sustained measures by the public to prevent a resurgence of the spread of COVID-19 have not been heeded, resulting in a new wave of transmissions.
The great success achieved in containing the virus, thanks to our medical establishment and the great sacrifices made by our medical workers, in tandem with a prudent and compliant population, has been thrown away, with the inevitable consequences of a new spike.
The permitting of mass gatherings during the last couple of weeks has sent out the wrong messages and risks further damage to the economy.
Until only recently the overriding slogan was, ‘stay home and save lives’. How short our Prime Minister’s memory is!
Common sense tells us not to ignore doctors’s advice or to do so at the country’s peril.
The Prime Minster was all smiles when he brought home a handsome EU financial package a few days ago. Part of this package is to mitigate the adverse effects on the social and economic fabric that COVID-19 had on our country in the last months and to help stimulate further our economy against the continued threat of the pandemic.
The country’s leadership style has a dangerous and irresponsible common thread running through it –that of adopting a position of senseless optimism hoping to make all bad things go away. But in reality, they return with a vengeance.
Alternattiva Demokratika and Partit Demokratiku strongly appeal to the Prime Minister to wake up to reality, roll up his sleeves and steer this country into safe waters, rather than to plod along into a raging social and economic storm.
Listen to our Doctors!
***
AD/PD Għalfejn inqegħdu lil pajjiżna fir-riskju bla bżonn?
l-professjoni medika (u stakeholders oħra) ilhom iwissu biex il-publiku jieħu l-miżuri meħtieġa ħalli ma jkollniex imxija oħra ta’ Covid-19. Imma jidher li ma tajniex kashom u issa għandna mewġa ġdida ta’ trasmissjonijiet.
Qegħdin nissograw li narmu s-suċċess li ksibna fil-kontroll tal-virus, grazzi għall-ħidma u s-sagrifiċċi tas-settur mediku, flimkien mal-koperazzjoni għaqlija tal-pubbliku, bil-konsegwenza li qegħdin jiżdiedu l-każi.
Meta tħallew li jsiru avvenimenti tal-massa, ntbgħat messaġġ ħażin, b’sogru li ssir aktar ħsara lill-ekonomija.
Sa ftit ilu s-slogan kien: “Ibqgħu ġewwa u salvaw il-ħajjiet”. Kemm hi qasira l-memorja tal-Prim Ministru!
Is-sens komun jgħidlek li meta ma tismgħax mit-tobba, tkun tqiegħed lill-pajjiż fil-periklu. Il-Prim Ministru kien ferħan meta ftit ilu ġab pakkett sabiħ ta’ għajnuna finanzjarja mill-UE. Dan il-pakkett għandu l-għan li jtaffi l-effetti ħżiena fuq is-settur ekonomiku u soċjali li pajjiżna sofra f’dawn l-aħħar xhur, minħabba fil-Covid-19 u biex jistimola l-ekonomija sa kemm għad għandna quddiemna t-thedida tal-pandemija.
Jidher li min qiegħed imexxi lil pajjiżna addotta stil periloluż u irresponsabbli – dak ta’ ottimiżmu bla sens, bħal li kieku l-ħażin jitlaq waħdu. Imma fil-fatt il-ħażin tibqa’ ssibu ma’ wiċċek.
Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku jsejjħu lill-Prim Ministru biex jiffaċċja r-realtà, ixammar il-kmiem u jmexxi lil pajjiżna lejn il-port u mhux jgħaddas rasu u jidħol f’xi maltempata qawwija, soċjali u ekonomika.
Ejjew nisimgħu mit-tobba tagħna!